EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31962L2005

L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' ċerti regoli komuni għat-trasport internazzjonali (it-trasport ta' merkanzija bit-triq għall-kiri jew għall-ħlas)

/* /1962/005 finali */

ĠU 70, 6.8.1962, p. 2005–2006 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1959-1962 P. 267 - 268

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Imħassar b' 32006L0094

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1962/2005/oj

31962L2005



Official Journal 070 , 06/08/1962 P. 2005 - 2006
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0030
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0237
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0030
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0267
Greek special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0028
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0055
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 1 P. 0055


L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill

dwar l-istabbiliment ta' ċerti regoli komuni għat-trasport internazzjonali (it-trasport ta' merkanzija bit-triq għall-kiri jew għall-ħlas)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi l-adozzjoni ta' politika ta' trasport komuni tinvolvi inter alia l-istabbiliment ta' regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru, jew li jgħaddi mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

Billi l-istabbiliment progressiv tas-suq komuni m'għandux jiġi impedut minn ostakoli fis-settur tat-trasport; billi huwa neċessarju li tiġi assigurata espansjoni progressiva fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq, waqt li wieħed iżomm f'moħħu l-iżviluppi fil-kummerċ u l-moviment ta' merkanzija fil-Komunità;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu, sa mhux iktar tard mill-aħħar ta' l-1962 u bil-mod stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, jilliberalizza t-tipi ta' trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq għall-kiri jew bi ħlas li jinvolvu Stati Membri oħrajn elenkati fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva, meta dan it-trasport isir lejn jew mit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

2. It-tipi ta' trasport elenkati fl-Anness I għandhom jiġu eżentati minn kull kwota jew sistema ta' awtorizzazzjoni.

3. It-tipi ta' trasport elenkati fl-Anness II m'għandhomx iktar ikunu soġġetti għal sistema ta' kwota. Jistgħu, madankollu, jibqgħu soġġetti għal awtorizzazzjoni bil-kondizzjoni li l-ebda restrizzjoni kwantitattiva ma tkun involuta; f'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jingħataw fi żmien ħamest ijiem mill-irċevuta.

4. Iż-żewġl-Annessi ma' din id-Direttiva għandhom jiffurmaw parti integrali tagħha.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jimplimentaw din id-Direttiva fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha u f'kull każ qabel l-aħħar ta' l-1962.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-kondizzjonijiet li taħthom kull Stat Membru jawtorizza liċ-ċittadini tiegħu biex jingaġġaw fl-attivitajiet imsemmija f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1962.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Colombo

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

It-Tipi ta' trasport li għandhom ikunu eżentati minn kull kwota ta' trasport jew sistema ta' awtorizzazzjoni

1. Traffiku mal-fruntiera f'żona li testendi fuq kull naħa tal-fruntiera għal fond ta' 25 kilometru f'linja dritta, bil-kondizzjoni li d-distanza totali involuta ma taqbiżx il-50 kilometru f'linja dritta.

2. Trasport okkażjonali ta' merkanzija lejn jew minn ajruporti, fil-każ ta' servizzi ta' l-ajru li jkunu dirottati.

3. Trasport ta' bagalji f'karrijiet agganċjati ma' vetturi li jġorru l-passiġġieri u t-trasport ta' bagalji fit-tipi kollha ta' vetturi lejn u mill-ajruporti.

4. Trasport tal-posta.

5. Trasport ta' vetturi bil-ħsara.

6. Trasport ta' skart u drenaġġ.

7. Trasport ta' karkassi ta' l-annimali għar-rimi.

8. Trasport ta' naħal u ħut żgħir.

9. Trasport tal-funerali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Tipi ta' trasport li għandhom jiġu eżentati minn kull sistema ta' kwota imma li jistgħu jibqgħu soġġetti għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1(3) ta' din id-Direttiva

1. Trasport minn Stat Membru għaż-żona ta' fruntiera ta' Stat Membru ħdejh, li jestendi għal fond ta' 25 kilometru f'linja dritta mill-fruntiera komuni tagħhom.

2. Trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-mutur li l-piż mgħobbi tagħhom, inkluż dak tal-karrijiet, ma jeċċediex is-6000 kilogramma.

3. Trasport ta' oġġetti u xogħolijiet ta' l-arti għal eżebizzjoni jew skopijiet kummerċjali.

4. Trasport okkażjonali ta' oġġetti u ta' materjal esklussivament għal skopijiet ta' pubbliċità jew informazzjoni.

5. Tneħħija minn intrapriżi li jkollhom personal u tagħmir speċjali għal dan l-iskop.

6. Trasport ta' materjal, proprjetà u annimali lejn jew minn eżibizzjonijiet teatrali, mużikali jew ta' films jew avvenimenti sportivi, ċirku, eżibizzjonijiet jew fieri, jew lejn jew minn xandiriet tar-radju jew televiżjoni jew films.

--------------------------------------------------

Top