Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D2159

    Rakkomandazzjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk tal-4 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) [2019/2159]

    ST/2704/2019/INIT

    ĠU L 327, 17.12.2019, p. 108–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2019/2159/oj

    17.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/108


    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2019 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

    tal-4 ta’ Diċembru 2019

    li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) [2019/2159]

    IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000.

    (2)

    Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet li jqis xierqa, bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim.

    (3)

    Skont l-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.

    (4)

    L-Artikolu 10 tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jinħarġu rakkomandazzjonijiet, bejn is-sessjonijiet, permezz ta’ proċedura bil-miktub.

    (5)

    Il-Pjan ta’ Azzjoni għad-dħul fis-seħħ tal-istatus avvanzat (2013-2017) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”) ġie estiż b’sena fl-2018. L-estensjoni ulterjuri, b’sentejn, tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet UE-Marokk għas-snin 2019 u 2020 u ser tippermetti li jiġu definiti l-prijoritajiet il-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk għas-snin li ġejjin,

    IRRAKKOMANDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ proċedura bil-miktub, jirrakkomanda l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013–2017).

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk

    Il-President

    N. BOURITA


    (1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.


    Top