Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0657

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/657]

ĠU L 110, 25.4.2019, pp. 87–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/657/oj

25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2018

tal-31 ta' Mejju 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/657]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (4), kif ikkoreġut minn ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC (6) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (7), kif ikkoreġut minn ĠU L 19, 25.1.2017, p. 97, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 1515: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63).”

2.

It-test tal-punt 31bcb (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1247/2012) huwa sostitwit b'dan li ġej:

32012 R 1247: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20), kif emendat b'dan li ġej:

32017 R 0105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 17), kif ikkoreġut minn ĠU L 19, 25.1.2017, p. 17.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4(5) u fl-Artikolu 4b, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “fiż-ŻEE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “id-data tal-applikazzjoni”.

(b)

Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-paragrafi 1 u 5 għandhom jinqraw kif ġej:

“1.   Il-kuntratti derivattivi għandhom jiġu rrappurtati:

(a)

Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018, meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta' derivattivi jkun ġie rreġistrat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018;

(b)

90 jum wara r-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal klassi partikolari ta' derivattivi skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta ma jkunx hemm repożitorju tat-tranżazzjonijiet reġistrat għal dik il-klassi partikolari ta' derivattivi fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 jew qabilha, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018;

(c)

Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018, meta ma jkunx hemm repożitorju tat-tranżazzjonijiet reġistrat għal dik il-klassi partikolari ta' derivattivi skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2018 tal-31 ta' Mejju 2018. L-obbligu tar-rappurtar għandu jibda f'din id-data u l-kuntratti għandhom jiġu rapportati lill-ESMA skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament sakemm jiġi rreġistrat repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta' derivattivi.”;

(ii)

fil-paragrafi 3 u 4, il-kliem “is-16 ta' Awwissu 2012” għandu jsir “l-1 ta' Lulju 2017”.”

3.

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 31bce (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013), b'effett minn disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni:

“, kif emendat bi:

32017 R 0104: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 1).”

4.

Dan li ġej jiżdied wara l-punt 31bco (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014):

“31bcp.

32015 R 2205: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13), kif emendat b'li ġej:

32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu tas-sena tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tat-31 ta' Mejju 2018”.

(b)

Fl-Artikolu 3:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:

“Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

(b)

sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

(c)

fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

(d)

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:

“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 f'każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti ma tkun tapplika fiż-ŻEE; jew

(b)

l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:

(i)

60 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.

(c)

Fl-Artikolu 4:

(i)

fil-paragrafu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-21 ta' Frar 2016” għandu jsir “xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2017 tal-31 ta' Mejju 2018”;

(ii)

fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-21 ta' Mejju 2016” għandu jsir “ħames xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2017 tal-31 ta' Mejju 2018”;

(iii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti.”

31bcq.

32016 R 0592: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5), kif emendat b'li ġej:

32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu tas-sena tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tat-31 ta' Mejju 2018”.

(b)

Fl-Artikolu 3:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:

“Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

(b)

tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

(c)

fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

(d)

disa' u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:

“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

disa' u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 f'każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti ma tkun tapplika fiż-ŻEE; jew

(b)

l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:

(i)

60 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.

(c)

Fl-Artikolu 4:

(i)

Fil-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “id-9 ta' Ottubru 2016” għandu jsir “ħames xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2017 tal-31 ta' Mejju 2018”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti.”

31bcr.

32016 R 1178: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3), kif ikkoreġut permezz ta' ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, kif emendat b'li ġej:

32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu tas-sena tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tat-31 ta' Mejju 2018”.

(b)

Fl-Artikolu 3:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:

“Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness I, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

(b)

sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

(c)

fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

(d)

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:

“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2018 tal-31 ta' Mejju 2018 f'każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti ma tkun tapplika fiż-ŻEE; jew

(b)

l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:

(i)

60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.

(c)

Fl-Artikolu 4:

(i)

fil-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “id-9 ta' Ottubru 2016” għandu jsir “xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2017 tal-31 ta' Mejju 2018”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti”.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/1515, (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592, (UE) 2016/1178, kif ikkoreġuti permezz ta' ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, (UE) 2017/104, u (UE) 2017/751 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/105, kif ikkoreġut permezz ta' ĠU L 19, 25.1.2017, p. 97, bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2018, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63.

(2)   ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13.

(3)   ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5.

(4)   ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3.

(5)   ĠU L 17, 21.1.2017, p. 1.

(6)   ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15.

(7)   ĠU L 17, 21.1.2017, p. 17.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top