Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016X1011(01)

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

ĠU L 274, 11.10.2016, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 113 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 12(4) ma għandux jiġi applikat proviżorjament. Fl-10 ta' Ottubru 2016, għall-prodotti li joriġinaw fil-Botswana, in-Namibja u s-Swaziland, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” ser jieħu post id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament imsemmi.


(1)  ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.

(2)  ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 185, 8.7.2016, p. 1.


Top