Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D0920

Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tal-11 ta' Mejju 2015 dwar stedina lill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex taderixxi mal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija [2015/920]

ĠU L 149, 16.6.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/920/oj

16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/21


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET FIL-KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA

tal-11 ta' Mejju 2015

dwar stedina lill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex taderixxi mal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija [2015/920]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija (1) (“il-Konvenzjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-iskambju tal-merkanzija mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkun faċilitat bis-simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jaffettwaw il-kummerċ tal-merkanzija trasportata bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

(2)

Sabiex issir tali faċilitazzjoni, jixraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F'konformità mal-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tkun mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni mill-1 ta' Lulju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Ankara, il-11 ta' Mejju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA

Il-President

Sezai UÇARMAK


(1)   ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.


Top