Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0132

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2013 tal- 14 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 318, 28.11.2013, p. 31–31 (HR)
ĠU L 318, 28.11.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/131(3)/oj

28.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 132/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 52/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 li jimmodifika l-Anness XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna l-inbid semifrizzanti, l-inbid semifrizzanti bil-gass u most tal-għeneb konċentrat rettifikat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 8 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) fl-Appendiċi I tal-Protokoll 47 għall-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0052: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 52/2013 tat-22 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 44).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 52/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u s-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 20, 23.1.2013, p. 44.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top