Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0100

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/100(1)/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 100/2011

    tat-30 ta’ Settembru 2011

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 5czf (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE) tal-Anness XI mal-Ftehim:

    “5czg.

    32010 D 0166: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2010/166/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

    (2)  ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top