Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0125

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 58, 3.3.2011, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/125(2)/oj

    3.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/83


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 125/2010

    tal-10 ta’ Novembru 2010

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lill-kisi tal-injam tal-art (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 2z (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:

    “2za.

    32009 D 0967: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1).

    2zb.

    32010 D 0018: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/967/KE u 2010/18/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

    (2)  ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1.

    (3)  ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top