EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0093

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2009 tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

ĠU L 277, 22.10.2009, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/93(2)/oj

22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2009

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1).

(2)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tas-Suq Intern.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2008,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009”.

2.

Il-kliem “is-snin 2006, 2007 u 2008” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009”.

3.

Il-kliem “is-sena 2008” fil-paragrafu 8 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008 u 2009”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 36.

(*)  L-ebda rekwiżit konstituzzjonali mhuwa indikat.


Top