EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0091

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2009 tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

ĠU L 277, 22.10.2009, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/91(2)/oj

22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2009

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2009 tas-17 ta' Marzu 2009 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim għandha tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni superjuri u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta' kooperazzjoni tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit wara l-paragrafu 21:

“2m.   L-Istati EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, jipparteċipaw fl-azzjonijiet 1 u 3 tal-programm li ġej:

32008 D 1298: Id-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li tistabilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni superjuri u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83).”

2.

It-test fil-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Istati EFTA għandhom jagħmlu kontribut finanzjarju b'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għal programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2l u 2m.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 36.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top