Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0090

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2009 tat- 3 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

    ĠU L 277, 22.10.2009, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/90(2)/oj

    22.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 90/2009

    tat-3 ta’ Lulju 2009

    li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 30 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 75/2008 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tas-6 ta’ Ġunju 2008 (1).

    (2)

    Il-modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ għandha tkun ibbażata fuq Deċiżjoni Nru.1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) (2).

    (3)

    Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta' kooperazzjoni tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2009,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud ma' Protokoll 30 tal-Ftehim:

    “Artikolu 4

    Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)

    1.   L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2009, jipparteċipaw fil-programmi tal-Komunità u l-azzjonijiet msemmija fil-paragrafu 4.

    2.   L-għanijiet 1, 2 u 3 u l-azzjonijiet relatati tal-programmi annwali tax-xogħol adottati mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill msemmija fir-raba’ paragrafu għandhom jiġu kkunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni tal-istatistika taż-ŻEE u se jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA.

    3.   Mill-1 ta' Jannar 2009, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skont l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u tar-Regolamenti Finanzjarji tiegħu ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit 29 02 04 u 29 01 04 04 (Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ) imdaħħla fil-baġit tal-Komunità.

    4.   L-att Komunitarju li ġej huwa l-għan ta' dan l-Artikolu:

    32008 D 1297: Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 76).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

    F'isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 41.

    (2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 76.

    (*)  L-ebda rekwiżit konstituzzjonali m’huwa indikat.


    Top