Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0078

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/78(2)/oj

    22.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 78/2009

    tat-3 ta' Lulju 2009

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jemenda l-Annessi III u VI tad-Direttiva 2006/141/KE dwar ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni ta' xi formuli tal-ħalib għat-trabi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv ta’oġġetti tal-ikel rigward il-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum, il-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-valur enerġetiku, u definizzjonijiet (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 53 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE):

    “—

    32008 L 0100: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 285, 29.10.2008, p. 9)”.

    (2)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzv (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE):

    “kif emendat minn:

    32008 R 1243: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 25)”.

    (3)

    Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzz (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

    “54zzzza.

    32009 R 0041: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina (ĠU L 16, 21.1.2009, p. 3)”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1243/2008 u 41/2009 u d-Direttiva 2008/100/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 11.

    (2)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 25.

    (3)  ĠU L 16, 21.1.2009, p. 3.

    (4)  ĠU L 285, 29.10.2008, p. 9.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.


    Top