This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0075
Decision of the EEA Joint Committee No 75/2008 of 6 June 2008 amending Protocol 30 to the EEA Agreement, on specific provisions on the organization of cooperation in the field of statistics
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika
ĠU L 257, 25.9.2008, p. 41–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Replacement | 21994A0103(31) | 01/01/2008 |
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 75/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 30 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta' Ġunju 2004 (1). |
(2) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE għall-1998 sal-2002 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim. |
(3) |
L-istruttura tal-Protokoll 30 għandha tiġi simplifikata. |
(4) |
Din is-simplifikazzjoni strutturali m’għandu jkollha l-ebda influwenza fuq is-sustanza dwar il-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE 2003 sal-2007, kif inkluża fil-Protokoll 30 bid-Deċiżjonijiet tal-Kumitati Konġunti taż-ZEE Nri 163/2003 (2) u 90/2004. |
(5) |
Il-Programm Statistiku taż-ŻEE 2008 sal-2012 għandu jkun ibbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 (3) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti kollha relevanti ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(6) |
Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista' tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandhu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-lista ta' kumitati miftiehma mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u li qiegħda fil-Minuti Miftiehma Ad Protokoll 30 tan-negozjati għal ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Istati Membri tagħhom u l-Istati ta' l-EFTA fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandha tkun bla ħsara għall-parteċipazzjoni mill-Istati ta' l-EFTA f'kumitati jew korpi tal-KE oħra bi qbil mal-paragrafu 1(2) tal-Protokoll 30 kif emendat b'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.
(2) ĠU L 41, 12.2.2004, p. 64.
(3) ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.
(*) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
ANNESS
It-test tal-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Konferenza ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika tal-Partijiet Kontraenti, l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) u l-Uffiċċju ta' l-Istatistika ta' l-Istati ta' l-EFTA (–ESO) għandhom jiggwidaw il-kooperazzjoni statistika u jiżviluppaw programmi u proċeduri għall-kooperazzjoni fl-istatistika b'koordinazzjoni mill-qrib ma' dawk tal-Komunità u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Din il-konferenza u l-Kumitat tal-Programm ta' Statistka (Statistical Programme Committee – (SPC) għandhom jorganizzaw il-ħidmiet tagħhom għall-għanijiet tal-Protokoll f'laqgħat konġunti bħala l-Konferenza SPC/ŻEE bi qbil ma' regoli ta' proċedura speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Konferenza SPC/ŻEE.
2. L-Istati ta' l-EFTA sa mill-bidu tal-kooperazzjoni b'konnessjoni mal-programmi u l-azzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-Protokoll, għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ mingħajr id-dritt għall-vot fil-kumitati u korpi oħra tal-KE li jgħinu lill-Kummissjoni tal-KE fil-ġestjoni u l-iżvilupp ta' dawn il-programmi u azzjonijiet.
3. L-informazzjoni statistika mill-Istati ta’ l-EFTA għandha tiġi trasmessa mill-Istati ta’ l-EFTA lill-Eurostat għall-ħażna, l-ipproċessar u t-tixrid. Għal dan il-għan, l-ESO għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati ta' l-EFTA u l-Eurostat sabiex jiżgura li d-data mill-Istati ta' l-EFTA tiġi trasmessa kif imiss u mxerrda lill-gruppi varji ta' l-utenti permezz tal-mezzi normali ta' tixrid bħala parti mill-istatistika ŻEE.
4. L-Istati ta’ l-EFTA għandhom iħallsu l-ispejjeż addizzjonali li jsiru mill-Eurostat għall-ħażna, l-ipproċessar u t-tixrid tad-data minn pajjiżhom.
5. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż ġenerali tal-Komunità li jkunu ġejjin mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi u l-azzjonijiet imsemmija f’dan il-Protokoll ħlief dawk li jsiru għall-ħażna, it-tixrid u l-ipproċessar tad-data skond l-Artikolu 82(1)(b) tal-Ftehim.
6. Il-ġestjoni ta' l-istatistika mill-Istati ta’ l-EFTA għandha tkun irregolata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1).
7 Għandu jsir rapport annwali konġunt ta’ l-ESO/Eurostat li jivvaluta jekk intlaħqux il-miri, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippjanati b’rabta ma’ dan il-Protokoll, u dan jintbagħat lill-konferenza SPC/ŻEE li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 u lill-Kumitat Konġunt ŻEE.
Artikolu 2
Programm statistiku 2003 sal-2007
1. Il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 għandhom jikkostitwixxu l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2007. L-oqsma prinċipali kollha u t-temi statistiċi tal-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 għandhom ikunu kkunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika ŻEE u għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati ta' l-EFTA.
2. Mill-1 ta' Jannar 2003, għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku għaż-ŻEE kull sena mill-Uffiċċju Statistiku b'konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Gruppi ta' Ħidma ta’ l-Istituzzjonijiet Statistiċi Nazzjonali EFTA. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta' ħidma u jkun parallel mal-programm ta' ħidma ta' kull sena elaborat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 4.
3. Mill-1 ta' Jannar 2003, l-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija ta' l-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit B5-600A u B5-600B jew artikolu li jissostitwih (Politika dwar Informazzjoni Statistika) imdaħħal fil-baġit tal-Komunità.
4. L-atti Komunitarji li ġejjin huma s-suġġett ta' dan l-artikolu:
— |
32002 D 2367: Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1), kif emendat minn:
|
Artikolu 3
Programm Statistiku 2008 sal-2012
1. Il-programm statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4 għandu jikkostitwixxi l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2012. L-oqsma prinċipali kollha u t-temi statistiċi tal-programm statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 għandhom ikunu kkunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika ŻEE u għandhom ikun miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati ta' l-EFTA.
2. Mill-1 ta’ Jannar 2008, għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku għaż-ŻEE kull sena b’mod konġunt mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta' ħidma u jkun parallel mal-programm ta' ħidma ta' kull sena elaborat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 4. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri interni tagħhom.
3. Mill-1 ta' Jannar 2008, l-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija ta' l-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit 29 02 03 u 29 01 04 01 (Politika dwar Informazzjoni Statistika) imdaħħla fil-baġit tal-Komunità.
4. L-att Komunitarju li ġej huwa l-għan ta' dan l-Artikolu:
— |
32007 D 1578: Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15).” |