Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0061

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 257, 25.9.2008, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/61(2)/oj

    25.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 257/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 61/2008

    tas-6 ta’ Ġunju 2008

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal acetamiprid, atrazine, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin (3) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim:

    “—

    32007 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4),

    32007 L 0073: Id-Direttiva 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2007/62/KE u 2007/73/KE fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 40.

    (2)  ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4.

    (3)  ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40.

    (*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top