This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22006D0728
2006/728/EC: Decision No 2/2006 of the Community/Switzerland Air Transport Committee of 18 October 2006 amending the Annex to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on Air Transport
Deċiżjoni Nru 2/2006 Tal-kumitat konġunt dwar l-avjazzjoni komunità/żvizzera tat- 18 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru
Deċiżjoni Nru 2/2006 Tal-kumitat konġunt dwar l-avjazzjoni komunità/żvizzera tat- 18 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru
ĠU L 298, 27.10.2006, p. 25–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 410–411
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22002A0430(02) | Tħassir | anness punt 3 Test | 01/12/2006 | |
Modifies | 22002A0430(02) | Żieda | anness punt 6 | 01/12/2006 | |
Modifies | 22002A0430(02) | Żieda | anness punt 6 Test | 01/12/2006 | |
Modifies | 22002A0430(02) | Emenda | anness punt 6 | 01/12/2006 |
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
410 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR L-AVJAZZJONI KOMUNITÀ/ŻVIZZERA
tat-18 ta' Ottubru 2006
li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru
(2006/728/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT DWAR L-AVJAZZJONI KOMUNITÀ/ŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
1. Dan li ġej għandu jidħol wara t-tmiem tal-punt 5 (Sigurtà fl-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, kif imdaħħal mill-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Avjazzjoni Komunità/Żvizzera tat-12 ta' Lulju 2005 (1).
“6. Il-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru”
2. In-numerazzjoni tal-punt 6 (Oħrajn) ta' l-Anness għall-Ftehim għandha tinbidel għal 7.
Artikolu 2
1. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 549/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 549/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-regolament ta' Qafas).
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 6, 8(1), 10, 11 u 12.
Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fl-ewwel inċiż ta' l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-‘Istati Membri’ li jinsabu fl-Artikolu 5 tar-Regolament 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE msemmija f'dak il-provvediment ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.”
2. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 550/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 550/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizzi).
Rigward l-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 16, kif emendat aktar 'l isfel.
Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
a) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘il-Komunità’. |
b) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘l-Komunità’. |
ċ) |
L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’. |
d) |
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’. |
e) |
L-Artikolu 16, il-paragrafu 3, għandu jitbiddel b'dan li ġej: ‘3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri, u tgħarraf b'dan lill-fornitur tas-servizz, fil-grad li dan huwa kkonċernat fil-liġi’.” |
3. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 551/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 551/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja).
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 2, 3(5) u 10.”
4. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 552/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 552/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament ta' l-interoperabilità).
Fl-Iżvizzera, l-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
a) |
L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’. |
b) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’. |
ċ) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż u dak ta' l-aħħar, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘Komunità’.” |
5. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 2096/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2005 ta' l-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-provvista ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 9.”
6. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(5) ta' din id-Deċiżjoni:
“Nru 2150/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru.”
Artikolu 3
1. Fil-punt 3 (Armonizzazzjoni Teknika) ta' l-Anness għall-Ftehim, għandu jitħassar dan li ġej:
“Nru 65/93
Id-Direttiva tal-Kunsill dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir u sistemi għall-amministrazzjoni tat-traffiku fl-ajru.
(l-Artikoli 1-5, 7-10)
Nru 15/97
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) 15/1997 tal-25 ta' Marzu 1997 li tadotta l-istandards tal-Eurocontrol u temenda d-Direttiva 93/65/KEE dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir u sistemi għall-amministrazzjoni tat-traffiku fl-ajru.
(l-Artikoli 1-4, 6)”
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u fil-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità
Daniel CALLEJA CRESPO
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Raymond CRON
(1) ĠU L 210, 12.8.2000, p. 46.