Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D1028(05)

    Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 110/98 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 277, 28.10.1999, p. 46–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/110(2)/oj

    21999D1028(05)



    Official Journal L 277 , 28/10/1999 P. 0046 - 0047


    Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE

    Nru 110/98

    ta' l-1 ta' Diċembru 1998

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/98 tas-17 ta' Lulju 1998 [1];

    Billi d-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju li tememda l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE dwar it-teħid u t-tkomplija tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-Artikoli 2, 5, 6, 7, 8, ta' u l-Annessi II u III għad-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE dwar relazzjoni ta' xoljiment għal istituzzjonijiet ta' kreditu u l-Artikolu 2 ta' u l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE dwar is-suffiċjenza tal-kapital ta' ditti ta' nvestiment u istituzzjonijiet ta' kreditu [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim;

    Billi l-addattamenti għad-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE magħmula mill-Kapitolu XI, B, II, punt 1 ta' l-Anness I għall-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea [3] għandhom jiġu nkorporati fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE) wara t-tieni inċiż (It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE fl-Anness IX għall-Ftehim:

    "- 1 94 N: L-Att dwar il-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 21 kif aġġustat bil-ĠU L 1, ta' l-1.1.1995, p. 1)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE), fil-punt 18 (Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE) u l-punt 30a (Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

    "- 398 L 0033: Id-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 204, tal21.7.1998, p. 29)."

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-addattamenti tad-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE magħmulin mill-Kapitolu XI, B, III, punt 1 ta' l-Anness I għall-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta' Diċembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Diċembru 1998.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 53.

    [2] ĠU L 204, tal- 21.7.1998, p. 29.

    [3] ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 21 kif aggustat bi ĠU L 1, ta' l-1.1.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top