EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D1028(02)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/98 tas-27 ta' Novembru 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 277, 28.10.1999, p. 42–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/107(2)/oj

21999D1028(02)



Official Journal L 277 , 28/10/1999 P. 0042 - 0042


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 107/98

tas-27 ta' Novembru 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/98 tal-25 ta' Settembru 1998 [1];

Billi d-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1997 li temenda għas-sittax-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet u l-marketing u l-użu ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 397 L 0056: Id-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1997 (ĠU L 333, ta' l-4.12.1997, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 97/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' Novembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 62.

[2] ĠU L 333, ta' l-4.12.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

Top