This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21997D1023(04)
Decision of the EEA Joint Committee No 42/97 of 10 July 1997 amending Protocol 47 to the EEA Agreement, on the abolition of technical barriers to trade in wine
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/97 ta' l-10 Lulju 1997 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieri tekniċi fil-kummerċ ta'l-inbid
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/97 ta' l-10 Lulju 1997 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieri tekniċi fil-kummerċ ta'l-inbid
ĠU L 290, 23.10.1997, p. 28–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(48) | Żieda | appendiċi 1 punt 25 inċiż | 01/08/1997 |
Official Journal L 290 , 23/10/1997 P. 0028 - 0028
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/97 ta' l-10 Lulju 1997 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieri tekniċi fil-kummerċ ta'l-inbid IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddirem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu. Billi l-Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 4/96 tad-29 ta' Frar 1996 [1]; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/96 tat-18 ta' Jannar 1996 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2676/90 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta'l-inbid [2] għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim; IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 25 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90) fl-Appendiċi tal-Protokoll 47 tal-Ftehim:: "- 396 R 0069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/96 tat-18 ta' Jannar 1996 (ĠU L tad-19.1.1996, p. 13)." . Artikolu 2 It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/95 fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1997, basta n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) ta' dan il-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment taż-ŻEE li tkun fih. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 1997. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 102, tal-25.4.1996, p. 45. [2] ĠU L 14, tad- 19.1.1996, p. 13. --------------------------------------------------