Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D1023(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/97 ta' l-10 Lulju 1997 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieiri tekniċi fil-kummerċ ta'l-inbid

    ĠU L 290, 23.10.1997, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/39(2)/oj

    21997D1023(01)



    Official Journal L 290 , 23/10/1997 P. 0024 - 0025


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 39/97

    ta' l-10 Lulju 1997

    li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieiri tekniċi fil-kummerċ ta'l-inbid

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddirem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu.

    Billi l-Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emndat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 4/96 tad-29 ta' Frar 1996 [1];

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1544/95 tad-29 ta'Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 822/87 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta'l-inbidgħandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim [2];

    Billi jsegwi mit-testi ta'l-adattament għar-Regolament (KEE) Nru 822/87 li huwa biss l-Artikolu 1(1), 1(2), 1(6) u 1(7) tar-Regolament li jemenda li għandu, għall-finijiet tar-Regolament, jgħodd,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 15 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/82) fl-Appendiċi tal-Protokoll 47 tal-Ftehim:

    "- 395 R 1544: Kunsill Regulation (EC) No 1544/95 of 29 Ġunju 1995 (ĠU No L 148, tat-30.6.1995, p. 31)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1544/95 fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1997, basta n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) ta' dan il-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Ufffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussel, 10 Lulju 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 102, tal-25.4.1996, p. 45.

    [2] ĠU L 148, tas-30.6.1995, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top