Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21995A0906(01)

    Memorandum ta' ftehim għal koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata

    ĠU L 211, 6.9.1995, p. 31–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/07/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/memorandum_underst/1995/355/oj

    Related Council decision

    21995A0906(01)



    Official Journal L 211 , 06/09/1995 P. 0031 - 0038


    Memorandum ta' ftehim

    għal koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "Euratom"), rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Kummissjoni"), u L-GVERN TAL-KANADA, (kollettivament msejħa ‘il-Partijiet),

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim Strutturali għall-Koperazzjoni fil-Kummerċ u Ekonomija bejn il-Kanada u l-Komunitajiet Ewropej tas-6 ta' Lulju 1976 [1] li jipprovdi fl-Artikolu 3(2) għat-tpartit ta' teknoloġija u xjenza,

    XEWQANA li jiffaċilitaw il-kisba ta' enerġija ta' fużjoni nukleari kontrollata bħala sors ta' enerġija li huwa aċċettabbli għall-ambjent, kompetittiv ekonomikament, u tistà tgħid bla limiti;

    JINNUTAW li l-programm ta' fużjoni tal-Euratom huwa program ta' medda wiesgħa li jħaddan l-impriżi kollha fil-Komunità fil-qasam ta' fużjoni nukleari kkontrollata b'egħluq manjetiku u huwa implimentat permezz ta' appalti ta' assoċjazzjoni bejn il-Euratom u l-Istati Membri, organizzazzjonijiet fl-Istati Membri, u l-Svizzera, bl-intrapriża konġunta tat-Torus Ewropew Konġunt (JET), miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt, permezz ta' ftehim multilaterali dwar it-Torus Ewropew li Jmiss (NET) u permezz ta' appalti ma' l-industrija; u li l-programm ta' fużjoni tal-Euratom jippreżenta ruħu bħala persuna waħda fir-relazzjonijiet tiegħu mal-programmi ta' fużjoni l-oħra fid-dinja;

    JINNOTAW li l-programm nazzjonali Kanadiż ta' fużjoni huwa programm iffukat li jikkonċentra fuq is-saħħa speċifika tax-xjenza u t-teknoloġija ta' fużjoni nukleari fill-Kanada u li huwa amministrat minn Atomic Energy of Kanada Limited u li huwa implimentat prinċipalment permezz ta' żewġ proġetti provinċjali ta' servizz ta' l-elettriku– centre canadien de fusion magnétique (CCFM), immaniġjat minn Hydro Québec u l-Proġett tat-Teknoloġija ta' Karburanti ta' Fużjoni (CFFTP), immaniġjat minn Ontario Hydro;

    JINNOTAW li l-Euratom u l-Gvern Kanadiż huma Partijiet tal-Ftehim ta' Koperazzjoni fuq l-użu paċifiku tal-enerġija atomika tas-6 ta' Ottubru 1959, kif ġie emendat, u li l-emendament fil-forma ta' tpartit ta' ittri li jġiebu d-data tal-15 ta' Lulju 1991 jirregolaw it-trasferiment ta' tritju u apparat relatat mat-tritju mill-Kanada sal-Euratom biex jintuża fil-programm ta' fużjoni nuklejar ta' l-aħħar;

    JAGĦRFU li l-programmi ta' fużjoni tal-Partijiet huma komplimentari u li l-benefiċċji reċiproċi jitnisslu minn Koperazzjoni bejn il-Partijiet fl-oqsma ta' riċerka u żvilupp ta' enerġija ta' fużjoni taħt il-memorandu ta' fehma bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada dwar Koperazzjoni fl-oqsma ta' riċerka u svilupp ta' fużjoni, tas-6 ta' Marzu 1986;

    XEWQANA LI jkomplu u li jsaħħu din il-koperazzjoni fil-futur,

    LAĦQU L-FTEHIM LI ĠEJ:

    Artikolu I

    L-għan ta' dan il-ftehim huwa biex imantni u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Partijiet, fuq il-bażi ta' benefiċji u reċiproċità lejn xulxin, fl-oqsma koperti mill-programmi ta' fużjoni tagħhom biex jiżviluppaw il-fehma xjentifika u l-kapaċità teknoloġika li huma l-bażi ta' sistema ta' enerġija minn fużjoni nukleari.

    Artikolu II

    Koperazzjoni taħt dan il-ftehim testa' ssir f'dawn l-oqsma:

    (a) Tokamaks;

    (b) fiżika tal-plażma;

    (ċ) teknoloġija ta' fużjoni;

    (d) karburanti ta' fużjoni;

    (e) linji alternattivi minnflok Tokamaks; u

    (f) oqsma oħra kif miftehma bil-miktub wieħed lejn l-ieħor.

    Artikolu III

    Koperazzjoni skond dan il-ftehim tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

    (a) tpartit u disposizzjoni ta' informazzjoni u data;

    (b) involviment fil-kontribuzzjoni ta' Parti jew oħra fil-programmi ta' fużjoni jew proġetti li jinvolvu partijiet terzi bħal ITER (reattur internazzjonali w esperimentali termonukleari), suġġetti bla ħsara għal kunsens, jekk meħtieġ, ta' dawn il-partijiet terzi;

    (ċ) parteċipazzjoni fi studji, esperimenti u proġetti maħduma minn Parti jew oħra, u f'laqgħat;

    (d) tpartit u disposizzjoni ta' xjentisti, inġiniera u speċjalisti oħra;

    (e) tpartit u disposizzjoni ta' apparat, rati, materjal, karburanti, u partijiet;

    (f) trasferimenti ta' tritju jew apparat relatat ma' tritju skond l-emendament msejjaħ hawn fuq tal-15 ta' Lulju 1991 tal-Ftehim bejn il-Partijiet fuq il-Koperazzjoni fuq użu paċifiku ta' enerġija atomika tas-6 ta' Ottubru 1959;

    (g) esekuzzjoni ta' studji, esperimenti u proġetti konġunti; u

    (h) dawk l-attivitajiet oħra miftehma bejn xulxin bil-miktub.

    Artikolu IV

    1. Għan-naħa tal-Euratom, din il-fehma se tiġi implimentata mill-Kummissjoni jew kwalunkwe entità oħra jew organizzazzjoni assoċjata mal-Euratom skond l-istruttura tal-programm ta' fużjoni tal-Euratom jew l-intrapriża konġunta tat-Torus Ewropew Konġunt (JET). Dawn l-entitatijiet jew organizzazzjonijiet se jiġu nominati mill-Euratom. Il-Euratom se jinforma l-Gvern tal-Kanada bil-miktub dwar entitajiet jew organizzazzjonijiet li jiġu nominati f'dan il-mod.

    2. Għan-naħa tal-Kanada, dan il-ftehim għandu jiġi implimentat mill-entità nominata mill-Gvern tal-Kanada. Il-Gvern tal-Kanada għandu jinforma lill-Euratom bil-miktub fuq in-nominazzjoni tiegħu. L-entità nominata mill-Gvern tal-Kanada għandha tinnomina bil-miktub entitajiet u organizzazzjonijiet oħra biex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim.

    Artikolu V

    1. Dettalji u proċeduri speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet skond din il-fehma għandhom, meta jkun neċessarju, jiġu stabbiliti, każ b'każ, fi ftehim speċifiku ta' implimentazzjoni.

    2. Ftehim speċifiku ta' implimentazzjoni għandu, kif xieraq, jinkludi disposizzjonijiet li jieħdu ħsieb:

    (a) it-trattament ta' informazzjoni, proprjetà industrijali u, dritt ta' proprjetà;

    (b) pattijiet u kondizzjonijiet għat-tpartit ta' impjegati;

    (ċ) pattijiet u kondizzjonijiet għat-tpartit jew disposizzjoniji ta' apparat, rati, materjal, karburanti u partijiet;

    (d) l-allokazzjoni ta' spejjeż; u

    (e) il-liġi applikabli.

    3. Kull Parti se teżiġi li l-entitajiet u l-organizazzjoniet nominati skond l-Artikolu IV jinkludu, billi applikabli:

    (a) id-disposizzjonijiet deskritti fl-Anness I fuq it-trattament ta' informazzjoni, il-proprjetà industrijali u d-dritt fuq il-proprjetà; u

    li jirriflettu, billi applikabli,

    (b) il-prinċipji deskritti fl-Anness II għat-tpartit ta' impjegati, t-tpartit u d-disposizzjoni ta' apparat, rati u partijiet, trasferimenti ta' tritju jew apparat relatat mat-tritju u l-allokazzjoni ta' spejjeż u drittijiet fuq proprjetà industrijali li jqumu mill-attivitajiet oħra barra mit-tpartit ta' persunal u informazzjoni, fil-ftehim ta' implimentazzjoni konkluż skond din il-fehma.

    4. L-Annessi I u II jifformaw parti integrali ta' din il-fehma.

    Artikolu VI

    1. Il-Partijiet għandhom jistabilixxu Kumitat ta' Kordinazzjoni biex jikordina u jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet taħt din il-fehma. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn tmien membri, nofshom maħtura minn Parti u nofs mill-Parti l-oħra. Kull Parti għandha tinnomina wieħed mill-membri maħtura minnha bħala kap tad-delegazzjoni.

    2. Il-Kumitat ta' Kordinazzjoni se jiltaqgħa alternattivament fl-Ewropa u fil-Kanada, iżda, għal kull laqgħa, il-Partijiet jistgħu jagħżlu li jiltaqgħu f'lokalità oħra. Il-kap tad-delegazzjoni tal-Parti li tilqa' se jippresjedi l-laqgħa kurrenti u jsejjaħ il-laqgħa tal-Kumitat li jmiss li trid issir fi żmien sentejn f'data sodisfaċenti għaż-żewġ partijiet.

    3. Il-Kumitat ta' Kordinazzjoni għandu:

    (a) jirrevedi u jimmonitorja l-pjanijiet u l-progress tal-attivitajiet li jsiru taħt din il-fehma;

    (b) jpartat informazzjoni u fehmiet fuq materja ta' politika xjentifika u teknika;

    (ċ) jipproponi, jikkordina u japprova attivitajiet futuri li jaqgħu taħt l-iskopp ta' din il-feha wara li jikkunsidra l-mertu tekniku u l-livell ta' sforz biex jassigura benefiċji u reċiproċità totali lejn xulxin;

    (d) jidentifika medda ta' Koperazzjoni w attivitajiet li jridu jiġu segwiti taħt Artikolu II (f), u Artikolu III (h);

    (e) jassigura li jiġi stmat l-impatt fuq l-ambjent tal-attivitajiet li jsiru taħt din il-fehma;

    (f) jesigwixxi dawn id-dmirijiet l-oħrajn skond id-deċiżjonijiet konġunti li jsiru.

    4. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat ta' Kordinazzjoni jridu jsiru b'konsensus.

    Artikolu VII

    Il-Partijiet se jsostnu t-tixrid fuq medda l-aktar wiesgħa possibli ta'informazzjoni li titpartat jew tiġi provduta taħt din il-fehma:

    (i) bil-kondizzjoni li għandhom id-dritt li jiżvelawha u li hija jew fil-pussess tagħhom jew għad-disposizzjoni tagħhom; u

    (ii) bla ħsara għall-obligazzjonijiet li jipproteġu l-proprjetà industrijali u d-drittijiet ta' l-awtur u li jindirizzaw l-materji ta' l-invenzjonijiet u l-iskoperti li jqumu minn attivitajiet li jaqgħu taħt din il-fehma.

    Artikolu VIII

    L-ebda ħaġa f'din il-fehma ma' għandha tiġi interpretata li tipreġudika arranġamenti li jeżistu jew li huma ppjanati għall-futur għall-Koperazzjoni bejn il-Partijiet.

    Artikolu IX

    1. Il-prestazzjoni ta' dawn il-Partijiet taħt din il-fehma se tkun suġġetta bla ħsara għad-disposizzjoni ta' fondi xierqa.

    2. Il-Koperazzjoni taħt din il-fehma għandha tkun skond il-liġijiet, ir-regoli u l-politika li japplikaw fil-Kanada u fil-Euratom u L-Istati Membri tagħha.

    3. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha, dejjem fi ħdan l-istruttura tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politika applikabbli, biex jiffaċilitaw it-trasport ta' persuni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' materjali, karburanti, u apparat u t-trasferiment tal-munita kif meħtieġ biex tiġi implimentata din il-fehma.

    4. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din il-fehma għandhom jitħallsu mill-Parti li teħilhom kemm-il darba ma jiġix deċiż modd ieħor mill-Partijiet. Kull deċiżjoni bħal din għandha ssir bil-miktub.

    Artikolu X

    1. Il-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' din il-fehma u li jqumu matul id-dewmien tagħha għandhom jiġu deċiżi permezz ta' ftehim bejn il-Partijiet.

    2. Il-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' din il-fehma għandhom jiġu deċiżi permezz ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet.

    Artikolu XI

    F'każ li, matul id-dewmien ta' din il-fehma, n-natura tal-programm ta' fużjoni nukleari ta' Parti jew oħra jinbidel sostanzjalment, minħabba espansjoni, tnaqqis jew trasformazzjoni, jew minħabba l-amalgazzjoni ta' elementi, ma l-programm ta' fużjoni nukleari ta' parti terza, il-Parti jew l-oħra għandhom ikollhom id-dritt jitolbu reviżjoni ta' l-iskop u pattijiet ta' din il-fehma.

    Artikolu XII

    1. Din il-fehma għandha tibda sseħħ mid-data ta' meta tiġi ffirmata miż-żewġ Partijiet. Din se tibqa sseħħ għall-10 snin kemm-il darba ma tiġix terminata f'kwalunkwe ħin għad-diskrezzjoni ta' Parti jew oħra billi din tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub ta' l-inqas sitt xhur qabel ta' l-intenzjoni tagħha li ttemm din il-fehma.

    Din il-fehma tista' tiġi emendata jew estiża permezz ta' deċiżjoni tal-Partijiet li ssir bil-miktub.

    2. Kull attività li tkun bdiet minħabba din il-fehma u li ma tkunx tlestiet fiż-żmien meta din tintemm tkun tista' titkompla sakemm titlesta.

    3. It-tmiem ta' din il-fehma mhux se jkollu effett fuq drittijiet li jkunu żdiedu għal Parti jew oħra taħt din il-fehma sad-data tat-tmiem jew juq il-jeddijiet u l-obbligazzjonijiet taħt il-ftehim ta' implimentazzjoni konklużi skond din il-fehma.

    Artikolu XIII

    Din il-fehma għandha tapplika, fejn għandha x'taqsam il-Euratom, għat-territorji li għalihom japplika it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' Enerġija Atomika u għat-territorji tal-pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm ta' fużjoni nukleari tal-Euratom bħala Stati terzi li huma msieħba għal kollox.

    Iffirmata, b'żewġ kopji fl-Ingliż u Franċiż, fi Brussel, il-25 ta' Lulju 1995.

    Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

    Edith Cresson

    Għall-Gvern tal-Kanada

    Jacques Roy

    [1] ĠU L 260, ta' l-24.9.1976, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Artikolu V (3) (a)

    Mingħajr preġudizzju għall-inklużjoni ta' pattijiet u kondizzjonijiet addizzjonali u skond l-Artikolu 5 ta' l-memorandum ta' fehma għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam ta' fużjoni nukleari kontrollata, il-Partijiet għandhom jitolbu l-inklużjoni, jekk xierqa, tad-disposizzjonijiet li ġejjin fil-ftehim ta' implimentazzjoni li ġie konkluż skond din il-fehma.

    A.1. Informazzjoni ta' proprjetà

    A.1.1. Definizzjonijiet

    Informazzjoni ta' proprjetà' tfisser data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u svilupp, u kull informazzjoni oħra intiża biex tiġi provduta jew titpartat taħt dan il-ftehim ta' implimentazzjoni, bħal għerf tas-sengħa, informazzjoni li hija relatata direttament ma invenzjonijiet u skoperti, informazzjoni teknika, kummerċjali jew finanzjarja, diment li hija mmarkata f'mod xieraq jew meqjusa tali skond subparagrafu A.1.2 (b) u:

    (a) mhijiex ġeneralent magħrufa jew disponibbli għall-pubbliku minn egħjun oħra;

    (b) li s-sid ma qegħdix qabel għad-disposizzjoni ta' oħrajn mingħajr obbligazzjoni ta' kunfidenzjalità; u

    (ċ) mhijiex diġà fil-pussess tar-riċevitur mingħajr obbligazzjoni ta' kunfidenzjalità.

    Dokument' ifisser reġistrazzjoni ta' informazzjoni jew bil-miktub jew fuq disk, tejp, read-only memory (ROM) jew mezzi oħra.

    A.1.2. Proċeduri

    (a) Ir-riċevitur ta' informazzjoni ta' proprjetà taħt dan il-ftehim ta' implimentazzjoni għandu jirrispetta il-kunfidenzjalità ta' din.

    (b) Kull document li fih informazzjoni ta' proprjetà għandu jkun immarkat mill-Parti li tipprovdi bil-proviżjonijiet restrinġenti li ġejjin:

    "Dan id-dokument fih informazzjoni ta' proprjetà mogħti f'kunfidenzjalità taħt ftehim ta' implimentazzjoni li ġie konkluż skond il-memorandum ta' fehma għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-MOU") tal-25 ta' Lulju 1995 u ma għandhux jixxerred il barra mill-Kummissjoni, l-Gvern tal-Kanada, l-entitajiet u l-organizzazzjonijiet nominati mill-Euratom jew il-Gvern tal-Kanada skond l-MOU, il-kuntratturi tagħhom, u l-persuni li jingħatawlhom il-liċenzi mingħajr approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-(Parti li tipprovdih).

    Dan l-avviż għandu jkun immarkat fuq kull riproduzzjoni ta' dan id-dokument, fis-sħiħ jew f'parti. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jintemmu awtomatikament meta din l-informazzjoni tiġi żvelata mis-sid mingħajr restrizzjoni."

    (ċ) Informazzjoni ta' proprjetà li tiġi milqugħa f'kunfidenzjalità taħt dan il-ftehim ta' implimentazzjoni tista' tixxerred mir-riċevitur lil:

    (i) persuni li jifformaw parti jew li huma impjegati mir-riċevitur jew, skond il-każ, mill-Euratom jew mill-Gvern tal-Kanada, jew minn entitajiet jew organizzazzjonijiet nominati minn Euratom jew il-Gvern tal-Kanada skond il-memorandum ta' fehma għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata;

    (ii) kuntratturi jew sottokuntratturi tar-riċevitur għal użu biss li jaqgħa taħt l-istruttura tal-appalti tagħhom mar-riċevitur fuq xogħol li għandu x'jaqsam mas-suġġett tal-informazzjoni ta' proprjetà;

    iżda li l-informazzjoni ta' proprjetà li tixxerred għandha tkun immarkata b'disposizzjoni restrinġenti li hija identika b'mod sostanzjali għal dik li tidher f'subparagrafu A.1.2 (b); u li r-riċevitur ta' din jaqbel li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha u jaqbel li ma' jiżvelax din l-informazzjoni mingħajr ma jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Parti li qed tipprovdiha.

    (d) Bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-parti le qed tipprovdi l-informazzjoni ta' proprjetà taħt dan il-ftehim ta' implimentazzjoni, ir-riċevitur jista' jxerred din l-informazzjoni ta' proprjetà fuq medda aktar wiesgħa minn li kieku kien xort' oħra permess minn A.1.2 (c). Kemm il-parti li qed tipprovdi kif ukoll ir-riċevitur għandhom jikkoperaw flimkien biex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu jew biex jiksbu kunses bil-miktub minn qabel għal tixried ta' l-informazzjoni fuq medda aktar wiesgħa.

    A.1.3. Jew wieħed mill-partijiet jgħaraf li jew huwa mistenni li mhux se jkun jista' jissodisfa r-restrizzjonijiet fuq it-tixrid ta' informazzjoni fil-paragrafu A.1.2 dan għandu jinnotifika l-parti l-oħra minnufih. Il-partijiet għandhom minn hemm ‘il quddiem jikkonsultaw biex jiddefinixxu azzjoni xierqa.

    A.1.4. Il-parti li tipprovdi l-inforazzjoni fir-relazzjoni tagħha mar-riċevitur ma' tagħtix garanzija ta' l-addattabilità ta' l-informazzjoni mxandra għal użu jew applikazzjoni speċifika.

    A.1.5. Kull parti għandha tittratta l-informazzjoni ta' proprjetà li tiġi komunikata f'seminars, workshops, u laqgħat oħra, n-nomina ta' impjegati, użu ta' faċilitajiet jew tpartit ta' apparat skond il-prinċipji speċifikati fil-paragrafu A.1.2 iżda l-informazzjoni ta' proprjetà li ma tiġix ikkomunikata f'dokument m'għandiex tkun suġġetta għall-limitazzjonijiet fuq l-isvelar kemm il-darba il-persuna li qed tħabbar l-informazzjoni tinnotifika bil-miktub lir-riċevitur li l-informazzjoni mħabbra lilu hija informazzjoni ta' proprjetà.

    A.2. Invenzjonijiet u skoperti

    A.2.1. Definizjonijiet

    Għall-għanijiet ta' paragrafu A.2.2 "pajjiż" għandu jfisser, fejn għandha x'taqsam il-Euratom, it-territorji li japplika għalihom it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u t-territorji tal-pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-programm ta' fużjoni nukleari tal-Euratorm bħala Stati terzi assoċjati bi sħiħ.

    A.2.2. B'rispett għal kull invenzjoni jew skoperta li tkun saret jew ġiet mfassla waqt l-eżekuzzjoni ta' dan il-ftehim ta' implimentazzjoni, il-partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji fi ħdan l-istruttura tal-liġijiet u r-regoli applikabbli bil-għan li jwettqu dawn li ġejjin:

    (a) Billi l-invenzjoni jew l-iskoperta tsir jew titfassal mill-persunal (l-inventur) ta' parti waħda (l-parti li tassenja l-persunal) jew il-kuntratturi tagħha waqt li dawn ikunu assenjati lill-parti l-oħra (ir-riċevitur) jew il kuntratturi tagħha b'konnessjoni ma' tpartit ta' xjentisti, inġiniera, u speċjalisti oħra:

    (i) ir-riċevitur għandu jakkwista kull dritt, titolu u vantaġġ fuq jew għal kull invenzjoni jew skoperta ta' dan it-tip f'pajjiżu jew f'pajjiżi terzi; u

    (ii) il-parti li tassenja jew l-inventur għandu jakkwista kull dritt, titolu u vantaġġ fuq jew għal kull invenzjoni jew skoperta ta' dan it-tip f'pajjiżu.

    (b) Fil-każijiet meta subparagrafu A.2.2. (a) ma japplikax u fejn l-invenzjoni jew l-iskoperta tkun saret jew ġiet mfassla minn persunal ta' parti waħda jew il-kuntrattur tagħha minħabba l-użu ta' informazzjoni li tkun ġiet komunikata lilha taħt dan il-ftehim ta' implimentazzjoni mill-parti l-oħra jew ikkomunikata waqt seminars jew laqgħat konġunti oħra, il-parti jew il-kuntrattur tagħha li l-persunal tagħha jkunu għamlu jew fasslu l-invenzjoni jew l-iskoperta għandha takkwista kull dritt, titolu u vantaġġ fuq jew għal invenzjonijiet jew skoperti bħal dawn fil-pajjiżi kollha; dawn id-dritt, titolu u vantaġġ huma suġġetti bla ħsara għal konċessjoni lill-parti l-oħra ta' liċenzja mingħajr ħlas, mingħajr esklużività, u irrevokabli (inkluż id-dritt tal-parti l-oħra għal konċessjoni ta' sub-liċenzi) fuq jew għal kull invenzjoni jew skoperta bħal din, u dritt assoċjat ma' applikazzjoni għal brevett li għandu x'jaqsam ma' invenzjoni jew skoperta bħal din u kull brevett jew protezzjoni oħra li għandha x'taqsam ma' invenzjoni jew skoperta dħal din fil-pajjiżi kollha.

    (ċ) Il-parti li tippossiedi l-invenzjoni msejħa subparagrafi f'A.2.2 (a) u (b) għandha, fuq talba, tikonċedi din l-invenzjoni jew skoperta lill-parti l-oħra skond pattijiet u kondizzjonijiet xierqa.

    A.2.3. Kull parti għandha, mingħajr preġudizzju fejn kull dritt tal-inventur taħt il-liġijiet applikabbli, tieħu l-passi kollha neċessarji biex tipprovdi l-Koperazzjoni meħtieġa tal-persunal biex dawn jipplimentaw d-disposizzjonijiet ta' paragrafu A.2.2. B'rispett għal kull invenzjoni jew skoperta li ssir jew li tiġi mfassla fl-esekuzzjoni ta' dan il-ftehim ta' implimentazzjoni, kull parti għandha tassumi r-responsabilità biex tħallas l-għotjiet jew il-kumpens meħtieġ lill-impjegati tagħha jew skond il-liġijiet applikabbli.

    A.3. Dritt ta' l-awtur

    Drittijiet ta' l-awtur miżmuma mill-partijiet għandhom jiġu konċessi trattament li huwa konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berne (skond kif ġiet riveduta). F'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet ta' l-awtur provduti jew mibdula skond dan il-ftehim ta' implimentazzjoni, ta' propjetà jew kontroll ta' parti waħda, dik il-parti għandha tikkonċiedi liċenzja lill-parti l-oħra biex din ta' l-aħħar tirriproduċi jew tittraduċi materjal soġġett għad-drittijiet ta' l-awtur.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Artikolu V (3) (b)

    B.1. Skambju ta' impjegati

    B'rispett lejn it-tpartit ta' xjentisti, inġiniera u speċjalisti oħra taħt il-memorandum ta' fehma għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' prinċipji oħra, il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu applikati mill-partijiet tal-ftehim ta' implimentazzjoni:

    (a) Kull parti għandha tassigura li x-xjentisti, l-inġiniera u l-ispeċjalisti l-oħra (hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" l-impjegati assenjati) magħzula biex jiġu assenjati lill-parti l-oħra huma kwalifikati għall-funzjonijiet li se jeżerċitaw.

    (b) Ir-riċevitur għandu jirranġa akkommodazzjoni xierqa għall-impjegati assenjati u l-familji tagħhom fuq bażi aċċettabli għaż-żewġ partijiet.

    (ċ) Ir-riċevitur għandu jipprovdi l-assistenza kollha neċessarja għall-impjegati assenjati u l-familji tagħhom għall-formalitajiet amministrattivi (arranġamenti għall-vjaġġ, eċċ.).

    (d) Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-impjegati assenjati jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċjali tar-regolamenti tax-xogħol u s-sigurtà fis-seħħ fl-istabiliment li qed jilqagħhom, jew kif miftihem f'arranġament separat għall-assenjazzjoni.

    B.2. Tpartit ta' apparat, rati, materjal, karburanti u partijiet

    Fil-każ li l-apparat, rati, materjal, karburanti jew partijiet (kollha hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" partiti') jridu jitpartu jew jiġu provduti taħt il-ftehim ta' implimentazzjoni skond il-memorandum ta' fehma għall-koperazzjoni bejn l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nuklejar ikkontrollata, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' prinċipji oħra, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu applikati mill-partijiet tal-ftehim ta' implimentazzjoni:

    (a) Il-parti li se tibgħathom għandha tforni, mill-aktar fiss, lista dettaljata tal-partiti li se tipprovdi flimkien ma' l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti u d-dokumentazzjoni teknika u informattiva għalihom.

    (b) Il-partiti previsti mill-parti li se tibgħathom għandhom jibqgħu l-propjetà tagħha u għandhom jiġu ritornati lilha wara li tkun kompletata l-attività li hija s-suġġett tal-ftehim ta' implimentazzjoni, kemm-il darba jaqblu l-partijiet.

    (ċ) Il-partiti għandhom jitħaddmu fl-istabiliment li jilqagħhom biss jekk isir ftehim komuni bejn il-partijiet.

    (d) Ir-riċevitur għandu jipprovdi l-bini neċessarju għall-partiti u għandu jassigura d-disponibiltà ta' elettriku, ilma, gas jew ħtiġiet oħra skond id-deċiżjoni komuni li tittieħed mill-partijiet.

    (e) Responsabiltà għat-trasport miexi ‘l barra u r-ritorn tal-partiti mill-parti li qed tibgħathom lejn l-aħħar destinazzjoni tagħhom fl-istallazzjoni tar-riċevitur, u għas-salva gwardja u l-assigurazzjoni fit-triq, flimkien ma' l-ispejjeż relatati, għandha tkun l-impriża tal-parti li qed tibgħathom, kemm-il darba jaqblu fuqha l-partijiet.

    (f) Ir-riċevitur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tad-dwana li l-partiti provduti mill-parti li qed tibgħathom huma biex jiġu esigwiti attivitajiet miftehma ta' natura xjentika u mhux kommerċjali.

    It-trasferiment ta' tritju u apparat relatat mat-tritju għandu jkun regolat mill-emendament tal-15 ta' Lulju 1991 tal-Ftehim bejn il-Partijiet fuq koperazzjoni fl-użu paċifiku ta' enerġija atomika tas-6 ta' Ottubru 1959.

    B.3. Allokazzjoni ta' spejjeż

    Fi ftehim ta' implimentazzjoni konkluż skond il-memorandum ta' fehma bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' prinċipji oħra, għandhom jiġu applikati mill-partijiet tal-ftehim ta' implimentazzjoni il-prinċipji li ġejjin għal l-allokazzjoni ta' spejjeż:

    L-ispejjeż kollha li jqumu minn ftehim ta' implimentazzjoni għandhom jitħallsu mill-parti ta' dan li tidħol fl-ispejjeż kemm-il darba l-partijiet ma jaqblux mod ieħor. Kull ftehim bħal dan għandu jsir bil-miktub.

    B.4. Drittijiet fuq proprjetà industrijali

    Il-partijiet tal-ftehim ta' implimentazzjoni li jkopri attivitajiet oħra barra t-tpartit ta' persunal jew informazzjoni għandhom, qabel ma jibdew dawn l-attivitajiet ta' Koperazzjoni, jiddeċiedu fuq mod xieraq ta' distribuzzjoni tad-drittijiet fuq propjetà industrijali li għandhom x'jaqsmu ma' invenzjonijiet jew skoperti li jirriżultaw minn dawn l-attivitajiet. Jekk jiddeċiedu hekk, għandhom jikkonsidraw il-benefiċji rispettivi tagħhom mill-kontribuzzjoni għal u d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-attivitajiet.

    --------------------------------------------------

    Top