This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019D0570-20200319
Commission Implementing Decision (EU) 2019/570 of 8 April 2019 laying down rules for the implementation of Decision No 1313/2013/EU of the European Parliament and of the Council as regards rescEU capacities and amending Commission Implementing Decision 2014/762/EU (notified under document C(2019) 2644) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019D0570 — MT — 19.03.2020 — 002.007
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (ĠU L 099 10.4.2019, p. 41) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 299 |
55 |
20.11.2019 |
||
|
L 82I |
1 |
19.3.2020 |
||
|
L 94I |
1 |
27.3.2020 |
||
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570
tat-8 ta' April 2019
li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE
(notifikata bid-dokument C(2019) 2644)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward:
Tal-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU f'termini ta' kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta' kwalità tagħha;
il-finanzjament tal-kapaċitajiet matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE;
►C2 l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru; ◄
►C3 l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3; ◄
►C4 l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika; ◄
il-kategoriji ta’ riskji bi probabbiltà baxxa b’impatt għoli;
il-kapaċitajiet ta’ rescEU stabbiliti biex jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.
Artikolu 1a
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru (‘Medevac’)” tfisser kapaċità ta’ reazzjoni li tista’ tintuża għall-evakwazzjoni mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna kif ukoll mard li ma jitteħidx, bħal pazjenti li jeħtieġu kura intensiva, pazjenti li jeħtieġu li jiġu immobilizzati matul it-trasport fuq streċers u pazjenti li huma mweġgħin ħafifa;
“EMT tat-tip 3” tfisser tim ta’ emerġenza skjerabbli ta’ persunal mediku u persunal ewlieni ieħor imħarreġ u mgħammar biex jikkura pazjenti affettwati minn diżastru u li jipprovdi konsultazzjoni ta’ pazjenti inpatient għal kura kirurġika kumplessa, inklużi kapaċità ta’ kura intensiva.
Artikolu 2
Il-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU
1. rescEU għandu jikkonsisti minn dawn il-kapaċitajiet:
2. Il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani;
kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters;
kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna;
kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għall-vittmi ta’ diżastri;
kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment;
3. Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
Arranġamenti finanzjarji għall-kapaċitajiet ta' rescEU kif riferuti fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi fil-programm ta' ħidma annwali l-kriterji għall-għoti ta' għotjiet diretti biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE li huma meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess rapidu għall-kapaċitajiet li jikkorrispondu ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 2.
2. L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom ikunu spejjeż stand-by, inkluż, jekk applikabbli, spejjeż relatati ma' manutenzjoni, spejjeż relatati ma' taħriġ, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ u l-persunal tekniku, spejjeż relatati mal-ħżin, spejjeż relatati mal-assigurazzjoni, kif ukoll spejjeż oħra meħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà effettiva ta' dawn il-kapaċitajiet.
Artikolu 3a
L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika
1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika tal-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU.
Artikolu 3b
L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3
1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jillokaw l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU..
Artikolu 3c
L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika
1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.
2. L-ispejjeż tat-tagħmir tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.
Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jillokaw il-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza li tkun ekwivalenti.
3. Il-kategoriji tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-ispejjeż totali stmati għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess li jakkwista, jikri jew jilloka xi kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.
Artikolu 3d
Kategoriji ta’ riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli
Għall-finijiet li jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta’ rescEU neċessarji għal rispons għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
l-imprevedibbiltà jew in-natura straordinarja tad-diżastru;
l-iskala ta’ diżastru, inklużi mases ta’ vittmi, mases ta’ mwiet, u spostament tal-massa;
id-durata mdewma ta’ diżastru;
il-grad ta’ kumplessità ta’ diżastru;
ir-riskju potenzjali ta’ tfixkil serju tal-funzjonament tal-gvern nazzjonali, inkluż il-provvediment ta’ servizzi soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa pubblika, jew it-tfixkil tal-infrastruttura kritika msemmija fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE ( 2 );
il-firxa ġeografika, inkluż il-potenzjal tal-impatti li jinfirxu lil hinn mill-fruntieri;
fatturi oħrajn bħall-attivazzjoni fil-modalità sħiħa tal-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (IPCR) tal-Kunsill jew l-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà skont l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3e
Kapaċitajiet ta’ rescEU stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli
1. Kapaċitajiet li jikkorrespondu għal avvenimenti kkaratterizzati mill-inqas minn tnejn mill-kategoriji, kif speċifikati fl-Artikolu 3d, għandhom jiġu stabbiliti bl-objettiv li jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.
2. Għal kull kapaċità ta’ rescEU ddefinita skont l-Artikolu 2(2), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk il-kapaċità tistax tiġi stabbilita biex tirrispondi għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.
3. Il-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) taħt l-Artikolu 2(2) għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri kull spiża neċessarja biex tiżgura d-disponibbiltà u l-iskjerabbiltà tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(4) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
4. Meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) taħt l-Artikolu 2(2) jiġu skjerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 23(4b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE
Il-Kapitolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE jitħassar.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
REKWIŻITI TA' KWALITÀ GĦALL-KAPAĊITAJIET TAR-RESCEU
1. Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani
|
Il-kompiti |
— Kontribuzzjoni fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru. |
|
Kapaċitajiet |
— 2 ajruplani b'kapaċità minima ta' 3 000 litru kull wieħed jew ajruplan b'kapaċità minima ta' 8 000 litru (1). — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi. |
|
Elementi prinċipali |
— Ajruplan. — Minimu ta' żewġ ekwipaġġi. — Persunal tekniku. — Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post. — Tagħmir ta' komunikazzjoni li jippermetti komunikazzjoni mill-ajru fuq il-baħar u mill-ajru għall-art. |
|
Awtosuffiċjenza |
— Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu. — Tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta f'każ ta' rispons ta' intervent rapidu (2). — L-abbiltà li tintuża f'firxa ta' 2 000 km fi żmien massimu ta' 24 siegħa. |
|
(1) Tali rekwiżiti jistgħu jkunu soġġetti għal rieżami bbażat fuq l-iżviluppi possibbli fis-suq tal-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar mill-ajru ta' foresti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà tal-parts tal-bdil. (2) Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU. |
|
2. Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters
|
Il-kompiti |
— Kontribuzzjoni fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru. |
|
Kapaċitajiet |
— Ħelikopter b'kapaċità minima ta' 3 000 litru (1). — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi. |
|
Elementi prinċipali |
— Ħelikopter b'minimu ta' żewġ ekwipaġġi. — Persunal tekniku. — Barmil tal-ilma jew kits tar-rilaxx. — Sett tal-manutenzjoni. — Sett ta' spare parts. — Winċijiet għas-salvataġġ. — Tagħmir ta' komunikazzjoni li jippermetti komunikazzjoni mill-ajru fuq il-baħar u mill-ajru għall-art. |
|
Awtosuffiċjenza |
— Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu; — Tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta f'każ ta' rispons ta' intervent rapidu (2). — L-abbiltà li tintuża f'firxa ta' 2 000 km fi żmien massimu ta' 24 siegħa. |
|
(1) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE u meta jkun iġġustifikat abbażi tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà reġjonali, il-kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters jistgħu jkunu magħmula minn massimu ta' 3 ħelikopters b'kapaċità minima totali ta' 3 000 litru. (2) Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU. |
|
3. Kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna;
|
Kompiti |
— Trasport bl-ajru, inkluż trattament matul it-titjira ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna (HID) għal faċilitajiet tas-saħħa speċjalizzati fl-Unjoni. |
|
Kapaċitajiet |
— Inġenji tal-ajru li għandhom il-kapaċità li jittrasportaw pazjent wieħed jew aktar ta’ HID għal kull titjira; — Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar. |
|
Elementi prinċipali |
— Sistema għal trattament mediku għal matul it-titjira ta’ pazjenti HID, inkluża kura intensiva (1): — — Persunal mediku mħarreġ b’mod xieraq biex jipprovdi kura lil pazjent wieħed tal-HID jew aktar; — Tagħmir tekniku u mediku apposta abbord biex tingħata kura lill-pazjenti HID matul it-titjira; — Proċeduri xierqa li jiżguraw l-iżolament u t-trattament ta’ pazjenti HID matul it-trasport bl-ajru. — Sostenn: — — Ekwipaġġ tal-ajru adattat għall-għadd ta’ pazjenti HID u l-perjodu ta’ żmien tat-titjira; — Proċeduri xierqa li jiżguraw it-trattament ta’ tagħmir u skart kif ukoll dekontaminazzjoni skont standards internazzjonali stabbiliti, inkluża, fejn applikabbli, leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. |
|
Awtosuffiċjenza |
— Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu; — Tagħmir għal komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 24-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta. — Għal evakwazzjonijiet interkontinentali, l-abbiltà li titwettaq titjira ta’ 12-il siegħa mingħajr riforniment ta’ fjuwil. |
|
(1) Sistema bħal din tista’ tinkludi l-approċċ ristrett. |
|
4. Kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għall-vittmi ta’ diżastri;
|
Kompiti |
— Trasport bl-ajru ta’ vittmi ta’ diżastri għal faċilitajiet tas-saħħa fl-Unjoni. |
|
Kapaċitajiet |
— Inġenji tal-ajru b’kapaċità ġenerali li jittrasportaw mill-inqas sitt pazjenti fil-bżonn ta’ kura intensiva u b’kapaċità għat-trasport ta’ pazjenti fuq streċers jew pazjenti bilqiegħda, jew it-tnejn li huma; — Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar. |
|
Elementi prinċipali |
— Kura medika matul it-titjira, inkluża kura intensiva: — — Persunal mediku mħarreġ kif xieraq li kapaċi jipprovdi trattament mediku abbord għat-tipi differenti ta’ pazjenti; — Tagħmir tekniku u mediku apposta abbord biex tingħata kura xierqa kontinwa lid-diversi tipi ta’ pazjenti matul it-titjira; — Proċeduri xierqa li jiżguraw it-trasport u t-trattament matul it-titjira tal-pazjenti. — Sostenn: — — Ekwipaġġ tal-ajru u persunal mediku adattat għall-għadd u għat-tipi ta’ pazjenti u l-perjodu ta’ żmien tat-titjira. |
|
Awtosuffiċjenza |
— Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu; — Tagħmir għal komunikazzjoni ma’ sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 24-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta. — Għall-ajruplani, l-abbiltà li titwettaq titjira ta’ sitt sigħat mingħajr riforniment ta’ fjuwil. |
5. Kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment
|
Kompiti |
— Il-provvista ta’ kura inpatient b’referiment u kirurġija kumplessa kif deskritta mill-inizjattiva globali tal-EMT taħt l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO). |
|
Kapaċitajiet |
— Kapaċità ta’ trattament minimu skont l-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO; — Servizzi ta’ bi nhar u ta’ billejl (li jkopru 24/7 jekk ikun meħtieġ). |
|
Elementi prinċipali |
— F’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO. |
|
Awtosuffiċjenza |
— Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-iskjerament. L-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE japplika u, barra minn hekk, japplikaw l-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq f’ħin massimu ta’ 48-72 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien ħames - sebat (5-7) ijiem. — Kapaċità li jibqa’ operattiv għal mill-anqas tmien (8) ġimgħat barra mill-Unjoni u għallinqas 14-il jum fi ħdan l-Unjoni. |
6. ►C1 Il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi u/jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa ◄
|
Kompiti |
|
|
Kapaċitajiet |
— Numru adegwat ta’ dożi ta’ vaċċini meħtieġa għall-individwi meqjusa li jkunu f’riskju (2) marbuta ma’ każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa. — Numru adegwat ta’ dożi ta’ aġenti terapewtiċi meħtieġa fit-trattament ta’ xi każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa. — Il-vaċċini u l-aġenti terapewtiċi għandhom ikunu jissodisfaw xi wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin: — — Awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-EMA; — Rakkomandazzjoni pożittiva għall-użu ta’ kompassjoni jew għall-użu f’każ ta’ emerġenza mill-EMA jew minn xi aġenzija regolatorja nazzjonali ta’ xi Stat Membru; — Rakkomandazzjoni pożittiva għal użu estiż jew ta’ emerġenza mid-WHO u aċċettazzjoni ta’ mill-inqas Aġenzija Nazzjonali Regolatorja waħda ta’ xi Stat Membru. — Tagħmir mediku ta’ kura intensiva adegwat (3), li jipprovdi kura ta’ appoġġ lil xi każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, skont l-istandards tal-WHO. — Għadd adegwat ta’ settijiet ta’ tagħmir protettiv personali (4) għal individwi meqjusa li huma f’riskju (5) marbuta ma’ każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, skont l-istandards tal-ECDC u tad-WHO. — Għadd adegwat ta’ provvisti ta’ laboratorju, inkluż materjal ta’ kampjunar, reaġenti tal-laboratorju, tagħmir u oġġetti konsumabbli (6), biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ dijanjożi fil-laboratorju għal każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
|
Elementi prinċipali |
— ►C1 Faċilitajiet ta’ ħażna xierqa fl-Unjoni (7) u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal- kumulazzjoni ta’ riżerva. ◄ — Proċeduri xierqa li jiżguraw l-imballaġġ, it-trasport u l-konsenja b’mod adegwat tal-prodotti msemmija taħt il-kapaċitajiet, fejn meħtieġ. — Persunal imħarreġ b’mod xieraq biex jittratta, u jamministra l-prodotti msemmija taħt il-kapaċitajiet. |
|
Skjerament |
— Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta. |
|
(1) Kif definit fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE. (2) ►C1 ►C3 Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti b’potenzjal ta’ riskju għoli, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi vulnerabbli oħra definiti. ◄ ◄ (3) Dan jista’ jinkludi ventilaturi għall-kura intensiva, iżda ma jkunx limitat għalihom. (4) Huma koperti dawn il-kategoriji: (i) il-protezzjoni tal-għajnejn; (ii) il-protezzjoni tal-idejn; (iii) il-protezzjoni respiratorja; (iv) il-protezzjoni tal-ġisem; kif ukoll (v) il-protezzjoni tas-saqajn. (5) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna. (6) ►C1 Din tista’ tinkludi reaġenti ta’ RT-PCR, bħal enżimi, reaġenti tal-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-PCR, reaġenti tal-primer u tas-sonda, reaġenti għall-kontrolli pożittivi, oġġetti konsumabbli tal-laboratorju PCR (eż. tubi, pjanċi) u diżinfettanti, iżda mhux limitata għalihom. ◄ (7) Għall-finijiet tal-loġistika tal-faċilitajiet tal-ħażna, “fl-Unjoni” tinkludi t-territorji tal-Istati Membri u tal-Istati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili. |
|
( 1 ) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 293 5.11.2013, p. 1)
( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).