EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01993R0207-20001003

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 tad-29 ta' Jannar 1993 li jiddefinixxi l-kontenut ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (4)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/207/2000-10-03

1993R0207 — MT — 03.10.2000 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 207/93

tad-29 ta' Jannar 1993

li jiddefinixxi l-kontenut ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (4)

(ĠU L 025, 2.2.1993, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 345/97 tas-26 ta' Frar 1997

  L 58

38

27.2.1997

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2020/2000 tal-25 ta' Settembru 2000

  L 241

39

26.9.2000




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 207/93

tad-29 ta' Jannar 1993

li jiddefinixxi l-kontenut ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 (4)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (7) u (8) ta’ dan ir-Regolament,

Billi għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 5 (3) (b) u (ċ) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ ‘ir-Regolament’), għandhom jiġu stabbiliti listi eżawrjenti fis-Sezzjonijiet A, B u Ċ ta’ l-Anness VI tiegħu;

Billi għall-iskopijiet tat-tliet sezzjonijiet ta’ l-Anness VI tar- Regolament, ċerti definizzjonijiet għandhom jiġu żviluppati sabiex tkun assigurata koerenza ma’ disposizzjonijiet regolatorji Komunitarji oħra li huma relatati;

Billi kwalunkwe ingredjenti jew għajnuniet ta' l-ipproċessar li għandhom jissemmew fl-Anness VI tar- Regolament għandhom jintużaw biss skond ir-rekwiżiti leġislattivi li jikkonċernaw it-tħejjija ta’ prodotti ta’ l-ikel u skond prattika tajba fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel;

Billi l-Anness VI tar-Regolament għandu jieħu kont tal-pretenzjonijiet tal-konsumaturi li prodotti pproċessati minn produzzjoni organika għandhom jikkonsistu essenzjalment minn ingredjenti kif jinsabu fin-natura;

Billi, madanakollu, ingredjenti oħrajn jew għajnuniet ta' l-ipproċessar li jistgħu jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel li huma pproċessati konvenzjonalment, u li preferibbilment jeżistu fin-natura, jistgħu jiġu inklużi fl-Anness VI tar-Regolament, sakemm jiġi ppruvat li, mingħajr rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li jkunu prodotti jew ippreservati affarijiet ta' l-ikel organiċi;

Billi, fir-rigward ta’ enżimi li huma derivati minn mikro-organismi, għad trid issir riċerka ulterjuri jekk dawn il-prodotti derivati minn mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE ( 2 ), jistgħux jintużaw fi prodotti ta’ l-ikel li l-ittikkettar tagħhom jirreferi għal metodi ta’ produzzjoni organiċi; billi din il-kwistjoni tiġi eżaminata fid-dettall meta dawn l-enżimi jiġu approvati għall-użu fi prodotti ta’ l-ikel skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti;

Billi l-imsemmi Anness VI għandu jiġi rivedut regolarment fid-dawl ta' esperjenza ggwadanjata u ta’ żviluppi fid-disponibbiltà fis-suq Komunitarju ta' ċerti ingredjenti ta' oriġini agrikola prodotti organikament;

Billi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-deroga skond l-Artikolu 5 (4) tar-Regolament huma neċessarji sabiex tkun assigurata implimentazzjoni koerenti ta' din id-deroga fl-Istati Membri, sakemm il-prodotti koperti b'din id-deroga ma jkunux ġew inklużi fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness VI ta’ dan ir- Regolament;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-kontenut ta’ l-Anness VI tar- Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa definit fl-Anness ta’ dan ir- Regolament preżenti.

Artikolu 2

Ebda emendi għas-Sezzjonijiet A u B ta’ l-Anness VI m’għandhom jiġu adottati sakemm ma jkunux sodisfatti għall-inqas dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għal adittivi ta’ l-ikel koperti bis-Sezzjoni A, il-punt 1 ta’ l-Anness VI: mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni ta’ adittivi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE ( 3 ), jistgħu jiġu inklużi biss dawk is-sustanzi li fir-rigward tagħhom intwera li, mingħajr ma jkun hemm rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li wieħed jipproduċi jew jippreserva dawn il-prodotti ta l-ikel;

(b) għal għajnuniet ta' l-ipproċessar koperti mill-Parti B ta' l-Anness VI: jistgħu jiġu inklużi biss dawk is-sustanzi li huma aċċettati fl-ipproċessar ġenerali ta’ l-ikel u li għalihom intwera li, mingħajr rikors għal dawn is-sustanzi, huwa impossibbli li dawn l-affarijiet ta' l-ikel jiġu prodotti.

▼M2

Artikolu 3

1.  Sakemm l-ingredjent ta’ oriġini agrikola ma jkunx inkluż fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, dak l-ingredjent jista jkun użat bi qbil mad-deroga li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5 (3) (b) u l-Artikolu 5 (5a) (b) ta' dak ir-Regolament b'dawn il-kondizzjonijiet segwenti:

(a) li l-operatur ikun innotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru bl-evidenza kollha meħtieġa li turi li l-ingredjent ikkonċernat ikun jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 5 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; u

(b) li l-awtorità kompetenti tal-Pajjiż Membru tkun awtorizzata proviżorjament, bi qbil mal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 5 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, l-użu għal perjodu massimu ta' tliet xhur wara li tkun ivverifikat li l-operatur ikun għamel il-kuntatti meħtieġa mal-fornituri l-oħra fil-Komunità biex jassigura lilu nnifsu dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà ta’ l-ingredjenti kkonċernati mal-ħtiġijiet ta' kwalità mitluba; mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6, l-Istat Membru jista’ jtawwal din l-awtorizzazzjoni għal massimu ta' tliet darbiet għal seba’ xhur kull darba; u

(ċ) l-ebda deċiżjoni ma tkun ittieħdet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 jew 6 li awtorizzazzjoni tkun ingħatat fir-rigward ta' l-ingredjent ikkonċernat għandha tkun irtirata.

2.  Meta awtorizzazzjoni kif hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tkun ingħatat, l-Istat Membru għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni li ġejja:

(a) id-data ta' l-awtorizzazzjoni u fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mtawla, id-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni;

(b) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, u fejn relevanti, il-fax u l-email ta' min hu awtorizzat; l-isem u l-indirizz tal-post fejn tiġi kkuntatjata l-awtorità li tkun tat l-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-isem u, fejn meħtieġ, id-deskrizzjoni preċiża u l-ħtiġijiet ta' kwalità ta' l-ingredjent ta’ l-oriġini agrikulturali kkonċernat;

(d) it-tip ta' prodotti li għal preparazzjoni tiegħu l-ingredjent mitlub ikun meħtieġ;

(e) il-kwantitajiet li hemm bżonn u l-ġustifikazzjoni għal dawk il-kwantitajiet;

(f) ir-raġunijiet għal, u l-perjodu mistenni, ta' skarsezza;

(g) id-data meta l-Istat Membru jibgħat din in-notifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri jistgħu jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

3.  Meta Stat Membru jissottometti kummenti lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni, li juru li provvisti huma disponibbli ma’ tul il-perjodu ta' dik l-iskarsezza, l-Istat Membru għandu jikkonsidra li jirtira dik l-awtorizzazzjoni jew inaqqas il-perjodu maħsub tal-validità, u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkun ħa jew li jkun sejjer jieħu, fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' meta jirċievi l-informazzjoni.

4.  Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-materja għandha tkun ippreżentata għall-eżami tal-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Jista jiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura kif stabbilita fl-Artikolu 14, li awtorizzazzjoni mogħtija tkun imneħħija jew li l-perjodu tal-validità jkun emendat, jew meta xieraq, li l-ingredjent ikkonċernat jiġi inkluż fis-Sezzjoni C ta' l-Anness VI.

5.  Fil-każ ta' dewmien kif hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 (b), il-proċeduri tal-paragrafi 2 u 3, għandhom japplikaw.

6.  Meta Stat Membru ikun irid jassigura li ingredjent minn produzzjoni konvenzjonali jkun jista’ jibqa jintuża wara t-tielet teħid ta' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (b), dan l-Istat Membru għandu, flimkien man-notifika għat-tielet tiġdida ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija, jinnotifika t-talba għall- inklużjoni ta' l-ingredjent fl-Anness VI, is-Sezzjoni C. Sakemm l-ebda deċiżjoni ma tkun daħlet fis-seħħ bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 14, biex ikun inkluż l-ingredjent fl-Anness VI, is-Sezzjoni C jew biex titneħħa l-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru jista’ jkompli jestendi l-awtorizzazzjoni għal perjodi sussegwenti ta' seba’ xhur fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3.

▼B

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS




‘“L-Anness VI

INTRODUZZJONI

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. ingredjenti: sustanzi kif definiti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament taħt ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur finali ( 4 ).

2. ingredjenti ta’ oriġini agrikola:

(a) prodotti agrikoli singolari u prodotti derivati minnhom permezz ta’ ħasil, tindif, proċessi termiċi u/jew mekkaniċi u/jew proċessi fiżiċi approprjati li għandhom l-effett li jnaqqsu l-ammont ta’ kontenut ta' l-ilma tal-prodott;

(b) ukoll, prodotti derivati mill-prodotti msemmija taħt (a) bi proċessi oħrajn użati fl-ipproċessar ta’ l-ikel, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux ikkunsidrati bħala adittivi ta’ l-ikel jew sustanzi li jagħtu t-togħma kif definit taħt il-punti 5 jew 7 hawn taħt.

3. ingredjenti ta’ oriġini non-agrikola: ingredjenti ta' xort' oħra minn ingredjenti ta' oriġini agrikola u li jappartjenu għal mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

3.1. adittivi ta’ l-ikel, li jinkludu carriers għal adittivi ta’ l-ikel, kif definit taħt il-punti 5 u 6 hawn taħt;

3.2. sustanzi li jagħtu t-togħma, kif definit taħt il-punt 7 hawn taħt;

3.3. ilma u melħ;

3.4. preparati ta' mikro-organiżmi

3.5. minerali (inklużi traċċi ta' sustanzi) u vitamini.

4. għajnuniet għall-ipproċessar: sustanzi kif definit fl-Artikolu 1 (3) (a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE ( 5 ) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw adittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fi prodotti intiżi għall-konsum uman;

5. adittivi ta’ l-ikel: sustanzi kif definiti fl-Artikolu 1 (1) u (2) tad-Direttiva 89/107/KEE u koperti minn dik id-Direttiva jew minn Direttiva komprensiva kif imsemmija fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 89/107/KEE;

6.  carriers, inklużi solventi ta' carriers: adittivi ta’ l-ikel li jintużaw sabiex jinħall, jiġi dilwit, imxerred jew xort' oħra modifikat fiżikament adittiv ta' l-ikel mingħajr ma tiġi alterata l-funzjoni teknoloġika tiegħu sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;

7. sustanzi li jagħtu t-togħma: sustanzi u prodotti kif definiti fl-Artikolu 1 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw sustanzi li jagħtu t-togħma għall-użu f'affarijiet ta' l-ikel u għal materjali bażiċi għall-produzzjoni tagħhom ( 6 ), u koperti b' dik id-Direttiva.

PRINĊIPJI ĠENERALI

Is-Sezzjonijiet A, B u Ċ ikopru l-ingredjenti u l-għajnuniet għall-ipproċessar li jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ prodotti ta' l-ikel li jikkonsistu essenzjalment minn ingredjent wieħed jew iżjed ta' oriġini mill-pjanti, imsemmija fl-Artikolu 1 (1) (b) ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed.

Minkejja r-referenza għal xi ingredjent fis-Sezzjonijiet A u Ċ jew għal kull għajnuna għall-ipproċessar fis-Sezzjoni B, kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar għandu jintuża biss skond il-leġislazzjoni Komunitarja u/jew il-leġislazzjoni nazzjonali relevanti kompatibbli mat-Trattat u, fin-nuqqas tagħhom, skond il-prinċipji ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba għal prodotti ta’ l-ikel. B’mod partikolari, adittivi għandhom jintużaw skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/107/KEE u, meta relevanti, dawk ta’ kull Direttiva komprensiva kif imsemmi fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 89/107/KEE; sustanzi li jagħtu t-togħma għandhom jintużaw skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/388/KEE u solventi skond id- disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel u ingredjenti ta’ l-ikel ( 7 ).

SEZZJONI A –   INGREDJENTI TA’ ORIĠINI NON-AGRIKOLA (MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (3) (B) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91):

A.1.   Adittivi ta’ l-ikel, inklużi carriers



 

Isem

Kondizzjonijiet speċifiċi (1)

E 170

Calciumcarbonates

-

E 270

Għajnuna lattika

-

E 290

Carbondioxyde

-

E 296

Aċidu maliku

-

E 300

Aċidu asorbiku

-

E 322

Lecithins

-

E 330

Aċidu ċitriku

-

E 334

Aċidu tartariku (L(+) - )

-

E 335

Tartru tas-sodju

-

E 336

Tartru tal-potassju

-

E 400

Aċidu Alġiniku

-

E 401

Alġinat tas-sodju

-

E 402

Alġinat tal-potassju

-

E 406

Agar

-

E 410

Gomma tal-ħarrub

-

E 412

Gomma tal-guar

-

E 413

Gomma tat-Tragacanth

-

E 414

Gomma Arabic

-

E 415

Gomma Xanthan

-

E 416

Gomma Karaga

-

E 440 (i)

Pectin

-

E 500

Sodjukarbonati

-

E 501

Potassjukarbonati

-

E 503

Amonjukarbonati

-

E 504

Manjesjukarbonati

-

E 516

Sulfat tal-kalċju

CR

E 398

Aragon

-

E 941

Nitroġenu

-

E 948

Ossiġenu

-

(1)   CR- carrier

A.2.   Sustanzi li jagħtu t-togħma fis-sens tad-Direttiva 88/388/KEE

Sustanzi u prodotti kif definiti fl-Artikolu 1 (2) (b) (i) u 1 (2) (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE ittikkettati bħala sustanzi naturali li jagħtu t-togħma jewr preparati naturali li jagħtu t-togħma, skond l-Artikolu 9 (1) (d) u (2) ta’ dik id-Direttiva.

A.3.   Ilma u melħ

Ilma tax-xorb

Melħ (bil-klorur tas-sodju jew bil-klorur tal-potassju bħala komponenti basiċi), ġeneralment użat fl-ipproċessar ta’ l-ikel.

A.4.   Preparati ta’ mikrorganiżmi

(i) Kull preparat ta’ mikro-organiżmi normalment użat fl-ipproċessar ta’ l-ikel, bl-eċċezzjoni ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament fis-sens ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE;

(ii) Mikro-organiżmi ġenetikament modifikati fis-sens ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE: jekk ikunu ġew inkużi skond il-proċedura ta’ deċiżjoni ta’ l-Artikolu 14.

A.5.   Minerali (inklużi traċċi ta' sustanzi) u vitamini

Awtorizzati biss sa fejn l-użu tagħhom huwa meħtieġ legalment fil-prodotti ta’ l-ikel li huma inkorporati fihom.

SEZZJONI B –   GĦAJNUNIET TA' L-IPPROĊESSAR U PRODOTTI OĦRA LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ INGREDJENTI MAGĦMULA ORGANIKAMENT TA’ ORIĠINI AGRIKOLA, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (3) (Ċ) TAR- REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91



Isem

Kondizzjonijiet speċifiċi

Ilma

 

Klorur tal-kalċju

Aġent ta' koagulazzjoni

Karbonat tal-kalċju

 

Idrossidu tal-kalċju

 

Sulfat tal-kalċju

Aġent ta' koagulazzjoni

Klorur tal-Manjesju (jew nigari)

Aġent ta' koagulazzjoni

Karbonat tal-Potassju

Aġent ta' koagulazzjoni

Diossidu tal-kubrit

 

Nitroġenu

 

Etanol

Solvent

Aċidu Tanniku

Għajnuna ta' filtrazzjoni

Albumina ta' l-abjad tal-bajd

 

Kaseina

 

Ġelatina

 

Isinglass

 

Żjut veġetali

Aġent ta' rilaxx jew xaħmi

Ġel diossidu tas-silikon jew soluzzjoni kollojdali

 

Kubrit attivat

 

Talc

 

Bentonite

 

Kaolin

 

Diatomaceous earth

 

Perlite

 

Qxur tal-ġellewż

 

Xama' tan-naħal

Aġent ta' rilaxx

Xama' tal-Karnuba

Aġent ta' rilaxx

Preparati ta’ mikroorganiżmi u enżimi:

(i) Kull preparazzjoni ta’ mikroorganiżmi u enżimi normalment użati bħala għajnuniet ta' l-ipproċessar fl-ipproċessar ta’ l-ikel, bl-eċċezzjoni ta’ mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens ta’ l- Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE;

(ii) Mikro-organiżmi li huma ġenetikament modifikati fis-sens ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/220/KEE:

Jekk ġew inklużi hawn taħt skond il-proċedura ta’ deċiżjoni ta’ l-Artikolu 14.

SEZZJONI Ċ –   INGREDJENTI TA’ ORIĠINI AGRIKOLA LI MA ĠEWX PRODOTTI ORGANIKAMENT, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (4) TAR- REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91

C.1.

Prodotti veġetali mhux ipproċesati, kif ukoll prodotti derivati minnhom permezz ta' proċessi msemmija taħt id-definizzjoni 2 (a):

C.1.1.

Frott, ġwież u żerriegħa li jittieklu

Ġewż ta’ l-Indi

Lewż tal-Brażil

Ġewż ta’ l-anakardju

Tamal

Ananas

Mangu

Papajja

Pruna salvaġġa

Kawkaw

Maracujas (Frott tal-fjura tal- passjoni)

Ġewż tal-kola

Karawett

Ballerini

Xewk taż-żafżaf qerqni

Tut blu

Xiropp taz-zokkor ta’ l-aġġru

Kwinowa

Denb it-taws

Żerriegħa ta’ l-għerq mustarda

Żerriegħa tal-qara’ ħamra

Il-qalba ta’ l-arżnu

Żerriegħa tar-ravanell

C.1.2.

Ħwawar li jittieklu u ħaxix aromatiku

Il-prodotti kollha ħlief is-sagħtar

C.1.3.

Ċereali

Millieġ

Ross salvaġġ (Zizania plauspra)

C.1.4.

Żerriegħa taż-żejt u frott oleaġinuż

Żerriegħa tas-sesamu

C.1.5.

Mixxellanji

Alka, inkluż alka tal-baħar

C.2.

Prodotti veġetali, ipproċessati bi proċessi kif imsemmija taħt id-definizzjoni 2 (b):

C.2.1.

Xaħmijiet u żjut, kemm jekk irfinati u kemm jekk le, iżda mhux kimikament modifikati, derivati minn pjanti barra minn:

żebbuġ

Ġirasol

C.2.2.

Zokkor, lamtu; prodotti oħrajn minn ċereali u tuberi

Qasab tal-bambu’ u zokkor tal-pitravi

Lamtijiet magħmula minn ċereali u tuberi, mhux modifikati kimikament

Karta tar-ross

Glutina

C.2.3.

Diversi

Meraq tal-lumi

Ħall minn xorb iffermentat ta' xort' oħra mill-inbid

C.3.

Prodotti ta’ l-Annimali

Għasel

Ġelatina

Trab tal-ħalib u trab tal-ħalib xkumat

Organiżmi akwatiċi li jittieklu, li ma joriġinawx mill-akwakultura.”’



( 1 ) ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

( 2 ) ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15.

( 3 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

( 4 ) ĠU Nru L 33, 8.2.1979, p. 1

( 5 ) ĠU Nru L 40, 11.2.1989, p. 27

( 6 ) ĠU Nru L 184, 15.7.1988, p. 61

( 7 ) ĠU Nru L 157, 24.6.1988, p. 28

Top