Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32005D0092

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Frar 2005 li titratta l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali, id-disposizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u transizzjonali marbuta ma' l-introduzzjoni u l-perijodu tal-ħżin għal-konsenji ta' ċerti prodotti ta' oriġini fiż-żoni ħielsa, mħażen ħielsa u postijiet ta'-operaturi li jfornu mezzi tat-trasport tal-baħar li jaqsmu l-fruntieri fil-Komunità (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 191) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    IO L 31, 4.2.2005, p. 62–63 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    IO L 272M, 18.10.2005, p. 4–5 (MT)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/92(1)/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    4


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' Frar 2005

    li titratta l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali, id-disposizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u transizzjonali marbuta ma' l-introduzzjoni u l-perijodu tal-ħżin għal-konsenji ta' ċerti prodotti ta' oriġini fiż-żoni ħielsa, mħażen ħielsa u postijiet ta'-operaturi li jfornu mezzi tat-trasport tal-baħar li jaqsmu l-fruntieri fil-Komunità

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 191)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/92/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(12) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 97/78/KE tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-kontrolli veterinarji dwar il-konsenji ta' ċerti prodotti li jiġu mill-annimali ġejjin minn pajjiżi terzi u tipprevedi inter alia għall-ħżin fiż-żoni ħielsa, mħażen ħielsa jew postijiet ta' operaturi li jfornu mezzi tat-trasport tal-baħar li jaqsmu l-fruntieri għall-prodotti li ma jaqblux mal-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-Komunità.

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 tistabbilixxi ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni l-iproċessar, id-distribuzzjoni, u l-introduzzjoni tal-prodotti li jiġu mill-annimali għall-konsum tal-bniedem (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2005 prodotti ġejjin mill-annimali maħsuba għal-konsum tal-bniedem jitħallew jidħlu minn pajjiżi terzi biss jekk jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (3)

    Id-Direttiva 2002/99/KE tipprevedi wkoll biex jiġu stabbiliti ir-regoli għas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati għall-prodotti li qegħdin jinġarru mill-ewwel jew wara l-ħżin. Skond dan, regoli u ċertifikazzjonijiet bħal dawn għal konsenji ta' laħam, li jinkludi tjur tal-kaċċa u tjur, prodotti tal-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u ħalib u prodotti tal-ħalib għal konsum tal-bniedem maħsuba jew għal pajjiż terz jiex biex ifornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu l-fruntieri kemm jekk jinġarru mill-ewwel kif ukoll jekk jinġarru wara il-ħżin huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (3) u Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/984/KE (4), 97/221/KE (5), 2000/572/KE (6), 2000/585/KE (7), 2000/609/KE (8), 2003/779/KE (9), u 2004/438/KE (10) (“l-atti rilevanti tal-Komunità”).

    (4)

    Skond dan, mill-1 ta' Jannar 2005, konsenji ta' prodotti ta' annimali li jaqgħu fi ħdan il-għan tal-atti tal-Komunità rilevanti, għandhom jikkonformaw mar-regoli u għandhom ikunu mehmuża biċ-ċertifikat kif stipulat fl-atti tal-Komunità rilevanti, meta jiġu ppreżentati biex jidħlu fiż-żoni ħielsa, l-imħażen ħielsa jew il-postijiet ta'l-operaturi li jfornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu il-fruntieri, u b'hekk jiġi żgurat li jintlaħqu l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali.

    (5)

    Għalhekk, dawk il-konsenji mdaħħla fil-Komunità għal-ħżin fiż-żoni ħielsa jew il-postijiet ta' l-operaturi li jfornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu il-fruntieri qabel l-ewwel ta' Jannar 2005 u li ma jikkonformawx ma' l-atti rilevanti tal-Komunità għandhom jiġu ttrattati b'mod trasparenti u armonizzat sabiex jiġu evitati problemi bla ħtieġa għan-negozji involuti filwaqt li jkun żgurat li hemm data finali fissa biex prodott bħal dan jinżamm fil-Komunità.

    (6)

    Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit perjodu transizzjonali sabiex in-negozji jeħilsu minn dawk il-prodotti mdaħħla fiż-żoni ħielsa, fl-imħażen ħielsa jew il-postijiet ta' l-operaturi li jfornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu il-fruntieri qabel l-ewwel ta' Jannar 2005.

    (7)

    Huwa xieraq li jiġi żgurat li mill-1 ta' Jannar 2006 xi prodotti bħal dawn li jkunu għadhom maħżuna fiż-żoni ħielsa, fit-territorju tal-Komunità u li ma jikkonformawx ma' l-atti rilevanti tal-Komunità għandhom jiġu meqruda taħt kontroll ta' l-awtorità kompetenti. In-nefqiet kollha ta' proċedura bħal din għandhom jitħallsu minn sid il-konsenja.

    (8)

    Għar-raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2005.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mill-1 ta' Jannar 2005, konsenji ta' prodotti li jaqaw taħt il-firxa ta' l-għan tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 94/984/KE, 97/221/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/609/KE, 2003/779/KE u 2004/438/KE għandhom jkunu mehmuża biċ-ċertifikat kif stipulat f'dawk l-atti, meta jiġu ppreżentati biex jidħlu fiż-żoni ħielsa, l-imħażen ħielsa jew il-postijiet ta' l-operaturi li jfornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu il-fruntieri, approvati skond l-Artikolu 12 (4) (b) u Artikolu 13 (1) tad-Direttiva 97/78/KE u b'hekk jiġi żgurat li jintlaħqu l-ħtiġiet tal-Komunità dwar is-saħħa ta' l-annimali.

    Artikolu 2

    Sal-31 ta' Diċembru 2005, konsenji ta' prodotti msemmija f'Artikolu 1 li kienu mdaħħla fiż-żoni ħielsa, l-imħażen ħielsa jew il-postijiet ta' l-operaturi li jfornu mezzi ta' trasport tal-baħar li jaqsmu il-fruntieri qabel l-ewwel ta' Jannar 2005, se jitħallew jitilqu dawk iż-żoni. L-imħażen jew il-postijiet fejn huma maħżuna, biex jiġu mibgħuta kemm jekk parti jew sħaħ lid-destinazzjonijiet tagħhom, kif previst fl-Artikolu 12(8) jew Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE mingħajr ma jkunu mehmuża biċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif previst fl-atti tal-Komunità rilevanti.

    Artikolu 3

    Mill-1 ta' Jannar 2006, xi konsenji ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2 li jkunu baqgħu maħżuna se jiġu meqruda taħt kontroll ta' l-awtorità kompetenti.

    In-nefqiet kollha ta' proċedura bħal din għandhom jitħallsu minn sid il-konsenja.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tan-notifikazzjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fit-2 ta' Frar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

    (3)  ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/882/KE (ĠU L 373, tal-21.12.2004, p. 52).

    (4)  ĠU L 378, tal-31.12.1994, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/118/KE (ĠU L 36, tas-7.2.2004, p. 34).

    (5)  ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/427/KE (ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 8).

    (6)  ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/437/KE (ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 66).

    (7)  ĠU L 251, tas-6.10.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/413/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004, p. 57).

    (8)  ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 49. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/415/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004, p. 73).

    (9)  ĠU L 285, ta' l-1.11.2003, p. 38. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/414/KE (ĠU L 151, tat-30.4.2004, p. 65).

    (10)  ĠU L 154, tat-30.4.2004, p. 73.


    Fuq