This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1246
Commission Implementing Regulation (EU) No 1246/2012 of 19 December 2012 amending Regulation (EC) No 616/2007 opening and providing for the administration of Community tariff quotas in the sector of poultrymeat originating in Brazil, Thailand and other third countries and derogating from that Regulation for 2012-2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra u li jidderoga minn dak ir-Regolament għall-2012-2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra u li jidderoga minn dak ir-Regolament għall-2012-2013
ĠU L 352, 21.12.2012, pp. 16–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2012
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra u li jidderoga minn dak ir-Regolament għall-2012-2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehimiet fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil u bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja, approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/792/UE (2) jipprovdu għal kwantitajiet ġodda ta’ laħam tat-tjur ipproċessat sabiex jiġu allokati għall-Brażil, it-Tajlandna u pajjiżi terzi oħra. Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) biex jitqiesu l-kwantitajiet il-ġodda. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 jipprovdi għal metodu ta’ ġestjoni speċifiku għall-kwoti tariffarji bbażati fuq l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. Il-kwoti l-ġodda għandhom jiġu ġestiti bl-istess mod. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-Ftehimiet mal-Brażil u mat-Tajlandja daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2013 filwaqt li l-kwoti kkonċernati jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 biex jiġu emendati b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-kwantità annwali għas-sena tal-kwota 2012/2013 għandha titnaqqas fuq bażi pro rata. Barra minn hekk, minħabba li mhuwiex possibbli li jiġu ddepożitati bil-quddiem l-applikazzjonijiet sabiex il-kwoti l-ġodda li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2013, għandu japplika perjodu uniku tal-kwota mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u għandha tiġi stipulata deroga għall-perjodu ta’ applikazzjoni normali pprovdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007. Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 616/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-kwoti tariffarji li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament b’dan huma miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Brażil, u l-Unjoni u t-Tajlandja, approvati bid-Deċiżjoni 2007/360/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/792/UE (*1). Il-kwoti tariffarji jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Bl-eċċezzjoni tal-kwoti fil-gruppi Nru 3, 4B, 5B u 6B, il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha tinqasam fuq erba’ subperjodi, kif ġej:
2. Il-kwantità annwali stabbilita għall-kwoti fil-gruppi Nru 3, 4B, 5B u 6B ma għandhomx jinqasmu f’subperjodi. 3. Il-kwantitajiet annwali stabbiliti għall-kwoti fi gruppi Nru 5 A u 5B għandhom ikunu ġestiti billi d-drittijiet tal-importazzjoni jiġu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.” |
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (*2), il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għandha tkun ta’ 150 jum mill-ewwel jum tal-perjodu jew tas-subperjodu tal-kwota li għalihom ikunu nħarġu. Madankollu, għall-gruppi Nru 5 A u 5B il-liċenzji għandhom ikunu validi għal 15-il jum tax-xogħol mid-data proprja tal-ħruġ tal-liċenzji, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tal-perjodu jew tas-subperjodu tal-kwota li għalih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni, u sat-30 ta’ Ġunju tal-istess perjodu tal-kwota. |
|
(7) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil (għall-gruppi 1, 4 A, 4B u 7) u tat-Tajlandja (għall-gruppi 2, 5 A u 5B), f’konformità mal-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-gruppi Nru 3, 6 A, 6B u 8.” |
|
(8) |
L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Derogi mir-Regolament (KE) Nru 616/2007
Għall-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u fir-rigward tal-kwoti tariffarji li jikkorrispondu man-numri tal-ordni 09.4251, 09.4252, 09.4253, 09.4254, 09.4255, 09.4256, 09.4257, 09.4258, 09.4259, 09.4260, 09.4261, 09.4262, 09.4263, 09.4264 u 09.4265, msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 kif emendati bl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin:
|
(a) |
il-perjodu tal-kwota jinfetaħ mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2013 u l-kwantità annwali titnaqqas b’67 %; |
|
(b) |
is-subperjodi stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 ma għandhomx japplikaw; |
|
(c) |
l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u d-drittijiet tal-importazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jittresqu biss fl-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar 2013; |
|
(d) |
il-liċenzji tal-importazzjoni għall-Gruppi kollha ħlief dawk għall-Gruppi Nru 5 A u 5B għandhom ikunu validi mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS I
Laħam tat-tjur immellaħ jew fis-salmura (*1)
|
Pajjiż |
Nru tal-Grupp |
Perjodiċità tal-Ġestjoni |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Dazju doganali |
Kwantitajiet annwali (f’tunnellati) |
|
Il-Brażil |
1 |
Trimestrali |
09.4211 |
ex 0210 99 39 |
15,4 % |
170 807 |
|
It-Tajlandja |
2 |
Trimestrali |
09.4212 |
ex 0210 99 39 |
15,4 % |
92 610 |
|
Oħrajn |
3 |
Annwali |
09.4213 |
ex 0210 99 39 |
15,4 % |
828 |
Preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur minbarra tad-dundjan
|
Pajjiż |
Nru tal-Grupp |
Perjodiċità tal-Ġestjoni |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Dazju doganali |
Kwantitajiet annwali (f’tunnellati) |
|
Il-Brażil |
4A |
Trimestrali |
09.4214 |
1602 32 19 |
8 % |
79 477 |
|
09.4251 |
1602 32 11 |
630 €/t |
15 800 |
|||
|
09.4252 |
1602 32 30 |
10,9 % |
62 905 |
|||
|
4B |
Annwali |
09.4253 |
1602 32 90 |
10,9 % |
295 |
|
|
It-Tajlandja |
5A |
Trimestrali |
09.4215 |
1602 32 19 |
8 % |
160 033 |
|
09.4254 |
1602 32 30 |
10,9 % |
14 000 |
|||
|
09.4255 |
1602 32 90 |
10,9 % |
2 100 |
|||
|
09.4256 |
1602 39 29 |
10,9 % |
13 500 |
|||
|
5B |
Annwali |
09.4257 |
1602 39 21 |
630 €/t |
10 |
|
|
09.4258 |
ex 1602 39 85 (1) |
10,9 % |
600 |
|||
|
09.4259 |
ex 1602 39 85 (2) |
10,9 % |
600 |
|||
|
Oħrajn |
6A |
Trimestrali |
09.4216 |
1602 32 19 |
8 % |
11 443 |
|
09.4260 |
1602 32 30 |
10,9 % |
2 800 |
|||
|
6B |
Annwali |
09.4261 |
1602 32 11 |
630 €/t |
340 |
|
|
09.4262 |
1602 32 90 |
10,9 % |
470 |
|||
|
09.4263 |
1602 39 29 |
10,9 % |
220 |
|||
|
09.4264 |
ex 1602 39 85 (1) |
10,9 % |
148 |
|||
|
09.4265 |
ex 1602 39 85 (2) |
10,9 % |
125 |
Preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjan
|
Pajjiż |
Nrutal-Grupp |
Perjodiċità tal-Ġestjoni |
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Dazju doganali |
Kwantitajiet annwali (f’tunnellati) |
|
Il-Brażil |
7 |
Trimestrali |
09.4217 |
1602 31 |
8,5 % |
92 300 |
|
Oħrajn |
8 |
Trimestrali |
09.4218 |
1602 31 |
8,5 % |
11 596 ” |
(*1) L-applikabbiltà tas-sistema preferenzjali hija ddeterminata fuq il-bażi tal-Kodiċi NM, bil-kundizzjoni li l-laħam immellaħ jew fis-salmura kkonċernat ikun laħam tat-tjur li jaqa’ taħt il-kodiċi 0207 tan-NM.
(1) Laħam ipproċessat tal-papri, tal-wiżż u tal-farawni, li fih 25 % iżda anqas minn 57 % bil-piż ta’ laħam tat-tjur jew fdal tal-laħam tat-tjur.
(2) Laħam ipproċessat tal-papri, tal-wiżż u tal-farawni, li fih anqas minn 25 % bil-piż ta’ laħam tat-tjur jew fdal tal-laħam tat-tjur.