Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0774

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2011 tat- 2 ta’ Awwissu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 201, 4.8.2011, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/774/oj

4.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 774/2011

tat-2 ta’ Awwissu 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni sal-iskadenza stabbilita mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott fil-forma ta' sett imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsisti f':

reċipjent tal-injam, b'forma kwadra u b'parti mdaħħla 'l ġewwa f'għamla kwadra biex fiha toqgħod xemgħa mingħajr xejn, bħal xi biċċa materjal bil-ponta, biex iżomm ix-xemgħat f'posthom, u

xemgħa.

Ix-xemgħa hija msawra b'mod li tiddaħħal issikkata u b'mod li ma tinqalax fil-parti mdaħħla 'l ġewwa tar-reċipjent tal-injam.

4421 90 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 4421 , 4421 90 u 4421 90 98 .

L-oġġetti jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala oġġetti offruti f'settijiet. Ir-reċipjent tal-injam huwa l-oġġett li jagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu.

Il-klassifikazzjoni tar-reċipjent tal-injam taħt l-intestatura 9405 hija eskluża minħabba li, waħdu, mhux identifikabbli bħala portaxemgħat.

Minħabba li r-reċipjent tal-injam irid jiġi kklassifikat skont il-materjal li hu magħmul minnu, il-prodott għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4421 90 98 bħala oġġett tal-injam.


Top