This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0881-20250204
Regulation (EU) 2019/881 of the European Parliament and of the Council of 17 April 2019 on ENISA (the European Union Agency for Cybersecurity) and on information and communications technology cybersecurity certification and repealing Regulation (EU) No 526/2013 (Cybersecurity Act) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2019/881Tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tas- 17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2019/881Tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tas- 17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02019R0881 — MT — 04.02.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2019/881TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas- 17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151 7.6.2019, p. 15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2025/37 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Diċembru 2024 |
L 37 |
1 |
15.1.2025 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/881TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas- 17 ta’ April 2019
dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern bl-intensjoni li jinkiseb livell għoli ta’ ċibersigurtà, ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ fiduċja fl-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi:
l-objettivi, il-kompiti u kwistjonijiet organizzattivi relatati mal-ENISA (l-Aġenzija tal- Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà),; u
qafas għall-istabbiliment ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bil-għan li jiġi żgurat livell adegwat taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti fl-Unjoni, kif ukoll bil-għan li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni.
Il-qafas imsemmi fil-punt (b)tal-ewwel sub-paragrafu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi f’atti legali oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni volontarja jew obbligatorja.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi, u persuni oħra milquta minn theddid ċibernetiku;
“netwerk u sistema tal-informazzjoni” tfisser netwerk u sistema tal-informazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni” tfisser strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“operatur ta’ servizzi essenzjali” tfisser operatur ta’ servizzi essenzjali kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“fornitur ta’ servizz diġitali” tfisser fornitur ta’ servizz diġitali kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“inċident” tfisser inċident kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“l-indirizzar ta’ inċident” tfisser l-indirizzar ta’ inċident kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
“theddida ċibernetika” tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali li tista’ tkun ta’ ħsara għal, tfixkel jew b’xi mod ieħor ikollha impatt negattiv fuq in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi u persuni oħra;
“skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri li huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti speċifiċi;
“skema nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri żviluppati u adottati minn awtorità pubblika nazzjonali u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema speċifika;
“ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà” tfisser dokument li jinħareġ minn korp rilevanti u li jiddikjara li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit partikolari jkun ġie evalwat għall-konformità ma’ rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
“prodott tal-ICT” tfisser element jew grupp ta’ elementi ta’ netwerk jew sistema tal-informazzjoni;
“servizz tal-ICT” tfisser servizz li jikkonsisti b’mod sħiħ jew prinċipalment mit-trasmissjoni, il-ħżin, il-ġbir jew l-ipproċessar ta’ informazzjoni permezz ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni;
“proċess tal-ICT” tfisser sett ta’ attivitajiet imwettqa biex jiġi ddiżinjat, żviluppat, fornut jew sostnut prodott ICT jew servizz tal-ICT;
“servizz tas-sigurtà ġestit” tfisser servizz ipprovdut minn parti terza li jikkonsisti fit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà, bħall-immaniġġjar tal-inċidenti, l-ittestjar tal-penetrazzjoni, l-awditjar tas-sigurtà u l-konsulenza, inkluż pariri esperti, relatati mal-appoġġ tekniku, jew fl-għoti tal-assistenza għal dawk l-attivitajiet;
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser valutazzjoni tal-konformità kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“standard” tfisser standard kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn, jew proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità ma’, prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit;
“livell tal-assigurazzjoni” tfisser bażi għall-fiduċja li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit jissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika, u jindika l-livell li fih prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit ikun ġie evalwat iżda li minnu nnifsu ma jkejjilx is-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew tas-servizz tas-sigurtà ġestit kkonċernat;
“awtovalutazzjoni tal-konformità” tfisser azzjoni mwettqa minn manifattur jew fornitur ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti li tevalwa jekk dawk il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika.
TITOLU II
ENISA-(L-“AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAĊ-ĊIBERSIGURTÀ”)
KAPITOLU I
Mandat u Objettivi
Artikolu 3
Mandat
L- ENISA għandha tagħti kontribut biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern billi twettaq il-kompiti mogħti lilha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Objettivi
KAPITOLU II
Kompiti
Artikolu 5
Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni
L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:
tassisti u tagħti pariri dwar l-iżvilupp u r-rieżami tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta-ċibersigurtà, u dwar inizjattivi ta’ politika u tal-liġi speċifiċi għas-settur fejn ikunu involuti, b’mod partikolari billi tipprovdi l-opinjoni u l-analiżi indipendenti tagħha kif ukoll billi twettaq xogħol preparatorju;
tassiti lill-Istati Membri jimplimentaw il-politika u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2016/1148, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ opinjonijiet, linji gwida, l-għoti ta’ pariri u l-aħjar prattiki dwar suġġetti bħalma huma l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar tal-inċidenti u l-qsim tal-informazzjoni, kif ukoll permezz tal-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward;
tassisti lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ politiki dwar iċ-ċibersigurtà li jappoġġaw id-disponibbiltà jew l-integrità ġenerali tal-qalba essenzjali pubblika tal-Internet miftuħ;
tikkontribwixxi għax-xogħol tal-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-għarfien espert u l-għajnuna tagħha;
tappoġġa:
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-identità elettronika u s-servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari billi tipprovdi pariri u toħroġ linji gwida tekniċi, kif ukoll billitiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti;
il-promozzjoni ta’ livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke billi tipprovdi pariri u għarfien espert, kif ukoll billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti;
l lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi marbutin maċ-ċibersigurtà tal-politika u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, inkluż billi tipprovdi pariri lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
l-appoġġ tar-rieżami regolari tal-attivitajiet ta’ politika tal-Unjoni billi tipprepara rapport annwali dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-qafas legali rispettiv fi-rigward ta’:
informazzjoni dwar in-notifiki tal-inċidenti mill-Istati Membri kif provduti mill-punti uniċi ta’ kuntatt lill-Grupp ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
taqsiriet tan-notifiki dwar vjolazzjonijiet tas-sigurtà jew nuqqas ta’ integrità riċevuti minn fornituri ta’ servizzi ta’ fiduċja pprovduti mill-korpi superviżorji lill-ENISA, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 910/2014tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
notifiki ta’ inċidenti tas-sigurtà trasmessi mill-fornituri ta’netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliċi jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti lill-ENISA, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
Artikolu 6
Bini ta’ kapaċitajiet
L-ENISA għandha tassisti:
lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, l-kxif u l-analiżi u l-kapaċità li jirrispondu għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi billi tipprovdilhom l-għarfien u l-pariri esperti meħtieġa;
lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ta’ divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fuq bażi volontarja;
lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, il-kxif u l-analiżi ta’ theddid u inċidenti ċibernetiċi u biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom li jirrispondu għal tali theddid u inċidenti ċibernetiċi, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ xieraq għas-CERT-EU;
lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-CSIRTs nazzjonali, fejn mitluba skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;
lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, fejn mitluba skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148, u tippromwovi t-tixrid ta’ dawk l-istrateġiji u tieħu nota tal-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tagħhom fl-Unjoni kollha sabiex tippromwovi l-aqwa prattiki;
lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u r-rieżami tal-istrateġiji tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà, il-promozzjoni tat-tixrid tagħhom u s-segwitu fl-implimentazzjoni tagħhom;
lis-CSIRTs nazzjonali u tal-Unjoni biex itejbu l-livell tal-kapaċitajiet tagħhom, inkluż permezz tal-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni, bil-għan li jiġi żgurat li, fir-rigward tal-ogħla livell tal-iżvilupp tekniku, kull CSIRT tippossjedi sett komuni ta’ kapaċitajiet minimi u li topera skont l-aħjar prattiki;
l-Istati Membri billi torganizza regolarment l-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7(5) tal-inqas kull sentejn u billi tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ politika abbażi tal-proċess ta’ evalwazzjoni tal-eżerċizzji u t-tagħlimiet miksuba minnhom;
lill-korpi ta’ politika rilevanti billi toffrilhom taħriġ rigward iċ-ċibersigurtà, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;
lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni, fl-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni mill-Istati Membri tal-operaturi ta’ servizzi essenzjali, skont il-punt (1) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 ukoll fir-rigward ta’ dipendenzi transfruntiera fir-rigward ta’ riskji u inċidenti.
Artikolu 7
Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni
L-ENISA għandha tikkoopera fil-livell operazzjonali u tistabbilixxi sinerġiji mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż is-CERT-UE, ma’ dawk is-servizzi involuti fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u mal-awtoritajiet superviżorji li jittrattaw il-ħarsien tal-privatezza u tad-data personali, bil-għan li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni, inkluż permezz ta’:
l-iskambju tal-għarfien espert u l-aħjar prattiki;
il-forniment ta’ pariri u l-ħruġ ta’ linji gwida dwar kwistjonijiet rilevanti marbuta maċ-ċibersigurtà;
l-istabbiliment ta’ arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi, wara li tikkonsulta l-Kummissjoni.
L-ENISA għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan in-netwerk tas-CSIRTs billi:
tagħti pariri dwar kif jistgħu itejbu l-kapaċitajiet tagħhom għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ inċidenti kif ukoll għar-rispons għalihom u, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tagħti pariri fir-rigward ta’ theddida ċibernetika speċifika;
tassisti, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, fil-valutazzjoni ta’ inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali, permezz tal-provvista ta’ għarfien espert u tiffaċilita l-ġestjoni teknika ta’ inċidenti bħal dawn inkluż b’mod partikolari billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta’ informazzjoni rilevanti u soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;
tanalizza vulnerabbiltajiet u inċidenti abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni pprovduta volontarjament mill-Istati Membri għal dak il-għan; u
fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi appoġġ fir-rigward ta’ inkjesti tekniċi ex post fir-rigward ta’ inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali fit-tifsira tad-Direttiva (UE) 2016/1148.
Fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, l-ENISA u s-CERT-UE għandhom ikunu involuti f’kooperazzjoni strutturata biex jibbenefikaw mis-sinerġiji ubiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.
Fejn ikun xieraq, l-ENISA għandha tikkontribwixxi wkoll għal eżerċizzji settorjali taċ-ċibersigurtà u tgħin fl-organizzazzjoni tagħhom flimkien ma’ organizzazzjonijiet rilevanti li jieħdu sehem ukoll f’eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni.
L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ rispons kooperattiv, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għal inċidenti jew kriżijiet taċ-ċibersigurtà transfruntiera fuq skala kbira, l-aktar billi:
tiġbor flimkien u tanalizza r-rapporti minn sorsi nazzjonali li jkunu fl-isfera pubblika jew kondiviżi fuq bażi volontarja bil-għan li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ għarfien komuni tas-sitwazzjoni;
tiżgura l-fluss effiċjenti tal-informazzjoni u l-forniment tal-mekkaniżmi ta’ eskalazzjoni bejn in-Netwerk tas-CSIRTs u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tekniċi u politiċi fil-livell tal-Unjoni;
fuq talba, tiffaċilita, l-indirizzar tekniku ta’ inċidenti jew kriżijiet bħal dawn, inkluż, b’mod partikolari, billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta’ soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;
tappoġġa lill-istituzzjonijiet il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri, fil-komunikazzjoni pubblika relatata ma’ tali inċidenti jew kriżijiet;
tittestja l-pjanijiet ta’ kooperazzjoni għar-rispons għal inċidenti jew kriżijiet bħal dawn fil-livell tal-Unjoni, fuq talba tagħhom stess, tappoġġa lill-Istati Membri jittestjaw dawn il-pjanijiet fil-livell nazzjonali.
Artikolu 8
Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni
L-ENISA għandha tappoġġja u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fir-rigward taċ-ċibersigurtà, kif stabbilit fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, billi:
tissorvelja l-iżviluppi, fuq bażi kontinwa, f’oqsma relatati ta’ standardizzazzjoni u tirrakkomanda speċifikazzjonijiet tekniċi adatti biex jintużaw fl-iżvilupp tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 54(1) fejn ma jkunx hemm standards disponibbli;
tħejji skemi kandidati Ewropej għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont l-Artikolu 49;
tevalwa l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 49(8).
tieħu sehem f’rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 59(4);
tassisti lill-Kummissjoni billi tipprovdi s-segretarjat lill-ECCG skont l-Artikolu 62(5).
Artikolu 9
Għarfien u informazzjoni
L-ENISA għandha:
twettaq analiżijiet tat-teknoloġiji emerġenti u tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi skont is-suġġett dwar l-impatt mistenni mil-lat soċjetali, legali, ekonomiku u regolatorju tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi fuq iċ-ċibersigurtà;
twettaq analiżijiet strateġiċi fit-tul dwar it-theddid u l-inċidenti taċ-ċibernetika biex jiġu identifikati x-xejriet emerġenti u tgħin biex jiġu evitati l-inċidenti;
f’kooperazzjoni mal-esperti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti, tipprovdi pariri, gwida u l-aħjar prattiki għas-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, b’mod partikolari għas-sigurtà tal-infrastrutturi li jappoġġaw is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148 u dawk li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi diġitali elenkati fl-Anness III għal dik id-Direttiva;
permezz ta’ portall apposta, tikkondividi, torganizza u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, pprovduta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta fuq bażi volontarja mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati;
tiġbor u tanalizza informazzjoni disponibbli pubblikament rigward inċidenti sinifikanti u tikkompila rapporti bil-għan li tipprovdi gwidaliċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji madwar l-Unjoni.
Artikolu 10
Sensibilizzazzjoni u edukazzjoni
L-ENISA għandha:
tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà u tipprovdi gwida dwar prattiki tajba għall-utenti individwali mmirata lejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, inkluż dwar l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku;
f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l- aġenziji tal-Unjoni u l-industrija, torganizza kampanji regolari ta’ sensibilizzazzjoni biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà u l-viżibbiltà tagħha fl-Unjoni u tinkoraġġixxi dibattitu pubbliku wiesa’;
tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà;
tappoġġa koordinazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u.
Artikolu 11
Riċerka u innovazzjoni
Fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ENISA għandha:
tagħti pariri lil l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bil-għan li jiġu ffaċilitati risponsi effettivi għal riskji u theddid ċibernetiċi kurrenti u emerġenti, anke fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda u emerġenti, u bil-għan li teknoloġiji għall-prevenzjoni tar-riskji jintużaw b’mod effettiv;
fejn tkun ingħatat is-setgħat rilevanti mill-Kummissjoni, tieħu sehem fil-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkella bħala benefiċjarju;
tikkontribwixxi għall-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.
Artikolu 12
Kooperazzjoni internazzjonali
L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fi ħdan oqfsa rilevanti ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà, billi:
fejn xieraq, tkun involuta bħala osservatur fl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji internazzjonali, u tanalizza l-eżitu ta’ dawn l-eżerċizzji u tirrapporta lill-Bord ta’ Tmexxija dwar dan;
fuq talba mill-Kummissjoni, tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki;
fuq talba mill-Kummissjoni, tipprovdilha għarfien espert;
tagħti pariri u appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ftehimiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati taċ-ċibersigurtà ma’ pajjiżi terzi, f’kollaborazzjoni mal-ECCG stabbilit skont l-Artikolu 62,.
KAPITOLU III
Organizzazzjoni tal-Enisa
Artikolu 13
Struttura ta’ ENISA
L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-ENISA għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:
Bord ta’ Tmexxija;
Bord Eżekuttiv;
Direttur Eżekuttiv;
Grupp Konsultattiv tal-ENISA;
Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali.
Artikolu 14
Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija
Artikolu 15
Funzjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu:
jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li l-ENISA topera f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament. Għandu jiżgura wkoll il-konsistenza tal-ħidma tal-ENISA ma’ attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni;
jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 21, qabel ma dan jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni;
jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA„ b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni;
jissorvelja l-programmazzjoni pluriennali u annwali inkluż fid-dokument uniku tal-programmazzjoni;
jadotta l-baġit annwali tal-ENISA u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-ENISA b’konformità mal-Kapitolu IV;
jivvaluta u jadotta r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, jinkludi l-kontabbilità u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, jissottometti kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-valutazzjoni ta’ dan sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jagħmel ir-rapport annwali pubbliku;
jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA f’konformità mal-Artikolu 32;
jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi fid-dawl ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni;
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż regoli għal deċiżjonijiet proviżorji dwar id-delega ta’ kompiti speċifiċi, skont l-Artikolu 19(7);
fir-rigward tal-persunal tal-ENISA, jeżerċita s-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali (ir-“Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali”) u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra”), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 2 ) l-Awtorità tal-Ħatra u fuq l-Awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg (“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”) f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali;
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih f’konformità mal-Artikolu 36;
jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu;
jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ENISA u, fejn meħtieġ il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-ENISA u filwaqt li jqis il-prinċipji tal-ġestjoni baġitarja soda;
jawtorizza l-istabbiliment ta’ arranġamenti tax-xogħol fir-rigward tal-Artikolu 7;
jawtorizza l-istabbiliment jew il-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 42
Artikolu 16
President tal-Bord ta’ Tmexxija
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu u l-Viċi President tiegħu minn fost il-membri tiegħu, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri. Il-mandati tagħhom għandhom ikunu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President ex officio jekk il-President ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.
Artikolu 17
Laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija
Artikolu 18
Regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija
Artikolu 19
Bord Eżekuttiv
Il-Bord Eżekuttiv għandu:
iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija;
flimkien mal-Bord ta’ Tmexxija, jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet interni jew esterni tal-awditjar;
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv stabbiliti fl-Artikolu 20, jgħin u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija fuq il-kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji skont l-Artikolu 20.
Artikolu 20
Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli li:
iwettaq l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-ENIS;
jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta’ Tmexxija;
iħejji l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni;
jimplimenta d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jirrapporta dwaru lill-Bord ta’ Tmexxija;
iħejji r-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA inkluż l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;
iħejji pjan ta’ azzjoni li jimxi mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u rappurtar dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni;
iħejji pjan ta’ azzjoni li jimxi fuq il-konklużjonijiet ta’ rapporti ta’ awditjar intern jew estern, kif ukoll fuq investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lil-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta’ Tmexxija;
iħejji l-abbozz ta’ regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA kif msemmija fl-Artikolu 32;
iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA u jimplimenta l-baġit tagħha;
jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi;
iħejji strateġija kontra l-frodi għall-ENISA u jippreżentaha lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni;
jiżviluppa u jżomm kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
jiskambja fehmiet u informazzjoni b’mod regolari mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom relatati maċ-ċibersigurtà biex tiġi żgurata l-koerenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni;
iwettaq kompiti oħrajn assenjati lid-Direttur Eżekuttiv b’dan ir-Regolament.
Id-deċiżjoni li tistabbilixxi uffiċċju lokali għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jkunu ser isiru fl-uffiċċju lokali b’tali mod li jiġu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ENISA.
Artikolu 21
Grupp Konsultattiv tal-ENISA
Artikolu 22
Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà
Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għandu:
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet strateġiċi dwar il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
fuq talba, jagħti pariri lill-ENISA dwar kwistjonijiet strateġiċi u ġenerali rigward il-kompiti tal-ENISA relatati mas-suq, iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-istandardizzazzjoni;
jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 47;
jagħti opinjoni dwar il-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni skont l-Artikolu 47(4); u
f’każijiet urġenti, jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-ECCG dwar il-ħtieġa għal skemi ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali mhux inklużi fil-programm ta’ ħidma kontinwa tal-Unjoni, kif spjegat fl-Artikoli 47 u 48.
Artikolu 23
Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali
Artikolu 24
Dokument uniku tal-programmazzjoni
Artikolu 25
Dikjarazzjoni ta’ interessi
Artikolu 26
Trasparenza
Artikolu 27
Kunfidenzjalità
Artikolu 28
Aċċess għad-dokumenti
KAPITOLU IV
Stabbiliment u struttura tal-baġit tal-ENISA
Artikolu 29
Stabbiliment tal-baġit TAL-ENISA
Artikolu 30
Struttura tal-baġit tal-ENISA
Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-ENISA għandu jkun magħmul minn:
kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;
dħul assenjat lil elementi speċifiċi ta’ nfiq f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 32;
fondi tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega jew għotjiet ad hoc f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 32 u d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;
kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-ENISA kif imsemmi fl-Artikolu 42;
kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri fi flus jew in natura;
L-Istati Membri li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji taħt il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jitolbu xi dritt jew servizz speċifiku b’riżultat ta’ dan.
Artikolu 31
Implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA
Artikolu 32
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-ENISA għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1271/2013, sakemm tali devjazzjoni ma tkunx meħtieġa b’mod speċifiku għall-operat tal-ENISA u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 33
Il-ġlieda kontra l-frodi
KAPITOLU V
Persunal
Artikolu 34
Dispożizzjonijiet ġenerali
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’Impjieg ta’ Aġenti Oħra, kif ukoll ir-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra jsiru effettivi, għandhom japplikaw għall-persunal tal-ENISA.
Artikolu 35
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TUE u mat-TFUE għandu japplika għall-ENISA u l-persunal tagħha.
Artikolu 36
Direttur Eżekuttiv
Artikolu 37
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-ENISA
Artikolu 38
Status ġuridiku tal-ENISA
Artikolu 39
Responsabbiltà tal-ENISA
Artikolu 40
Arranġamenti lingwistiċi
Artikolu 41
Protezzjoni tad-data personali
Artikolu 42
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
Artikolu 43
Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ informazzjoni klassifikata
Wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-ENISA għandha tadotta regoli ta’ sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u EUCI, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Ir-regoli ta’ sigurtà tal-ENISA għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni.
Artikolu 44
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat
Artikolu 45
Kontroll amministrattiv
L-operat tal-ENISA għandu jaqa’ taħt is-superviżjoni tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 TFUE.
TITOLU III
QAFAS TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
Artikolu 46
Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 47
Programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea
L-inklużjoni fil-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti speċifiċi, jew tal-kategoriji tagħhom, għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta wieħed jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
id-disponibbiltà u l-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru kategorija speċifika tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u b’mod partikolari, fir-rigward tar-riskju ta’ frammentazzjoni;
liġi jew politika rilevanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membriu;
domanda tas-suq;
l-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà u l-iżvilupp ta’ skemi internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u standards internazzjonali u standards użati mill-industrija;
żviluppi fl-ambjent tat-theddid ċibernetiku;
talba għat-tħejjija ta’ skema kandidata speċifika proposta mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi (ECCG).
Artikolu 48
Talba għal skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 49
Tħejjija, adozzjoni u rieżami ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 49a
Informazzjoni u konsultazzjoni dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 50
Sit web dwar skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 51
Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT jew il-proċessi tal-ICT għandha titfassal b’tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:
il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor, minn ħżin, ipproċessar, aċċess jew divulgazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;
il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor milli tinqered, tintilef jew tiġi mmodifikata b’mod aċċidentali jew mhux awtorizzat jew minn nuqqas ta’ disponibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;
li persuni, programmi jew magni awtorizzati jkunu jistgħu biss jaċċessaw id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li għalihom jirreferu d-drittijiet tagħhom ta’ aċċess;
l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ dipendenzi u vulnerabbiltajiet magħrufa;
ir-reġistrazzjoni ta’ liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min;
ikun possibbli li jiġi vverifikat liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min;
il-verifikazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u proċessi tal-ICT ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa;
l-istabbiliment mill-ġdid tad-disponibbiltà u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet mingħajr dewmien fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku;
li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ikunu siguri b’mod awtomatiku u mid-disinn;
li l-prodotti ICT, servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jiġu pprovduti b’software u hardware aġġornati li ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament, u jiġu pprovduti b’mekkaniżmi għal aġġornamenti sikuri.
Artikolu 51a
Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti għandha titfassal b’tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:
li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jingħataw il-kompetenza, l-għarfien espert u l-esperjenza meħtieġa, inkluż li l-persunal inkarigat mill-forniment ta’ dawk is-servizzi jkollu livell suffiċjenti u xieraq ta’ għarfien tekniku u kompetenza fil-qasam speċifiku, esperjenza suffiċjenti u xierqa, u l-ogħla livell ta’ integrità professjonali;
li l-fornitur ikollu fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex jiżgura li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jingħataw b’livell suffiċjenti u xieraq ta’ kwalità f’kull ħin;
li d-data aċċessata, maħżuna, trażmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu protetti kontra aċċess aċċidentali jew mhux awtorizzat, ħżin, żvelar, qerda, ipproċessar ieħor, jew telf jew alterazzjoni jew nuqqas ta’ disponibbiltà;
li d-disponibbiltà ta’, u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet jitreġġgħu lura fil-ħin fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku;
li l-persuni, il-programmi jew il-magni awtorizzati jkunu jistgħu jaċċessaw biss id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li jirreferu għalihom id-drittijiet tal-aċċess tagħhom;
li reġistru jinżamm u jkun disponibbli għal valutazzjoni tad-data, servizzi jew funzjonijiet li jkunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, f’liema ħinijiet u minn min;
li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT użati waqt il-forniment tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu siguri mid-disinn u b’mod awtomatiku, u, fejn applikabbli, jinkludu l-aħħar aġġornamenti tas-sigurtà u ma jkollhomx vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament.
Artikolu 52
Livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 53
Awtovalutazzjoni tal-konformità
Artikolu 54
Elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
is-suġġett u l-kamp ta’ applikazjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti koperti;
deskrizzjoni ċara tal-għan tal-iskema u ta’ kif l-istandards, il-metodi ta’ evalwazzjoni u l-livelli ta’ assigurazzjoni magħżula jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba tal-iskema;
referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew adatti, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti oħra taċ-ċibersigurtà definiti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
fejn applikabbli, livell ta’ assigurazzjoni wieħed jew aktar;
indikazzjoni ta’ jekk tkunx permessa awtovalutazzjoni tal-konformità taħt l-iskema;
fejn applikabbli, rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali li għalihom huma soġġetti l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi garantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;
il-kriterji u l-metodi speċifiċi ta’ evalwazzjoni li jridu jintużaw, inkluż it-tipi ta’ evalwazzjoni, sabiex jintwera li jinkisbu l-objettivi ta’ sigurtà applikabbli msemmija fl-Artikoli 51 u 51a;
fejn applikabbli, l-informazzjoni li hija meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u li trid tingħata jew b’mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità minn applikant;
fejn l-iskema tipprevedi marki jew tikketti, il-kondizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw tali marki jew tikketti;
ir-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluż mekkaniżmi li juru konformità kostanti mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati;
fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, il-manutenzjoni, it-tkomplija u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropjw taċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-estensjoni jew it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni;
ir-regoli dwar il-konsegwenzi għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, iżda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-iskema;
ir-regoli dwar kif għandhom jiġu rappurtati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet marbutin maċ-ċibersigurtà fil- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma kinux ġew identifikati preċedentement;
fejn applikabbli, ir-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
l-identifikazzjoni ta’ skemi nazzjonali jew internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategorija tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, rekwiżiti tas-sigurtà, metodi u kriterji tal-evalwazzjoni, u livelli tal-assigurazzjoni;
il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li jridu jinħarġu;
il-perjodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha li trid issir disponibbli mill-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti;
il-perijodu ta’ validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema;
il-politika ta’ divulgazzjoni għal ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa, emendati jew irtirati taħt l-iskema;
il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni ma’ pajjiżi terzi;
fejn applikabbli, ir-regoli dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari stabbilit mill-iskema għall-awtoritajiet jew korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6). Tali mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 59;
il-format u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fl-għoti u l-aġġornament tal-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 55.
Artikolu 55
Informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ċċertifikati
Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT iċċertifikati li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja:
gwida u rakkomandazzjonijiet biex jassistu lill-utenti aħħarin fil-konfigurazzjoni, l-installazzjoni, l-iskjerament, l-operat u l-manutenzjoni tal-prodotti ICT jew servizzi ICT;
il-perijodu li matulu ser jiġi offrut l-appoġġ għas-sigurtà lill-utenti aħħarin b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ aġġornamenti relatati maċ-ċibersigurtà;
informazzjoni ta’ kuntatt tal-manifattur jew fornitur u metodi aċċettati għar-riċeviment ta’ informazzjoni dwar il-vulnerabbiltà mill-utenti aħħarin u r-riċerkaturi tas-sigurtà;
referenza għal repożitorji online li jelenkaw vulnerabbiltajiet divulgati pubblikament relatati mal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT u ma’ kwalunkwe parir rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà.
Artikolu 56
Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Bħala prijorità, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148, li għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
Meta tħejji l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha:
tieħu kont tal-impatt tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri ta’ tali prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti u fuq l-utenti f’termini ta’ spiża ta’ dawk il-miżuri u l-benefiċċji soċjetali jew ekonomiċi li jirriżultaw mil-livell imtejjeb antiċipat ta’ sigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti fil-mira;
tieħu kont tal-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi;
twettaq proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u mal-Istati Membri;
tqis kull implimentazzjoni, miżura u perjodu tranżizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, inkluż l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal- SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi;
tipproponi l-aktar mod rapidu u effiċjenti li bih trid tiġi implimentata t-transizzjoni minn skemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni għal dawk obbligatorji.
B’deroga mill-paragrafu 4, f’każijiet debitament ġustifikati, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tipprevedi li ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw minn dik l-iskema jridu jinħarġu biss minn korp pubbliku. Tali korp għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 58(1); jew
korp pubbliku li jkun akkreditat bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 60(1).
Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 teħtieġ livell ta’ assigurazzjoni “għoli”, iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà taħt dik l-iskema jrid jinħareġ biss minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-każijiet li ġejjin, minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità:
bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal kull ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà individwali maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità; jew
abbażi ta’ delega ġenerali tal-kompitu ta’ ħruġ ta’ tali ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
Artikolu 57
Skemi u ċertifikati nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
Artikolu 58
Awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom:
jissorveljaw u jinfurzaw ir-regoli inklużi fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 54(1), il-punt (j), għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jkunu nħarġu fit-territorji rispettivi tagħhom, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti l-oħra;
jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw, l-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità, u għandhom b’mod partikolari jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw l-obbligi ta’ tali manifatturi jew fornituri stabbiliti fl-Artikolu 53(2) u (3) u fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60(3), jassistu u jappoġġaw b’mod attiv lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, għall-fini ta’ dan ir-Regolament;
jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 56(5);
fejn applikabbli jawtorizzaw lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont mal-Artikolu 60(3) u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti fejn il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jiksru rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew, ta’ ċettifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6) jew fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 53, u għandhom jinvestigaw is-suġġett ta’ tali ilmenti safejn ikun adatt, u għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perijodu raġonevoli;
jipprovdu rapport sommarju annwali dwar l-attivitajiet imwettqa skont il-punti (b), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu jew skont il-paragrafu 8 lill-ENISA u lill-ECCG;
jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta’ skemi speċifiċi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; u
jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
Kull awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollha mill-inqas is-setgħat li ġejjin:
li titlob lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, lid-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u lil min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha;
li twettaq l-investigazzjonijiet, fil-forma ta’ awditi, tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità,tad-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u ta’ min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, għall-fini li tivverifika l-konformità tagħhom ma’ dan it-Titolu;
li tieħu miżuri adatti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, sabiex tiżgura li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, id-detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u min joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li tikseb aċċess għas-sede ta’ kwalunkwe korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew ta’ detenturi ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, bil-għan li twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi proċeduralital-Istati Membri;
li tirtira, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6), meta tali ċertifikati ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li timponi pieni f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 65, u li teħtieġ il-waqfien immedjat tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 59
Rieżami bejn il-pari
Ir-rieżami bejn il-pari jivvaluta:
fejn applikabbli, jekk l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u fl-Artikolu 56(6) huma strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 58 u jekk dawk l-attivitajiet jitwettqux indipendentement minn xulxin;
il-proċeduri għas-superviżjoni u l-infurzar tar-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(7);
il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(7);
il-proċeduri għall-monitoraġġ, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
fejn applikabbli, jekk il-persunal tal-awtoritajiet jew il-korpi li joħorġu ċertifikati għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6) ikollhomx l-għarfien espert adatt.
Artikolu 60
Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
Artikolu 61
Notifika
Artikolu 62
Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà
Il-ECGG għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan it-Titolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm ta’ ħidma kontinwu tal-Unjoni, ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-koordinazzjoni ta’ approċċi ta’ politika u t-tħejjija ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata skont l-Artikolu 49;
li jadotta opinjoni dwar l-iskemi kandidati preparati mill-ENISA skont l-Artikolu 49;
li jitlob lill-ENISA tħejji skemi kandidati skont l-Artikolu 48(2);
li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni relatati mal-manutenzjoni u r-rieżami ta’ skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jiskambja informazzjoni u tal-aqwa prattiki dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà taħt dan it-Titolu permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ metodi għall-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet rigward iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
li jipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rieżami bejn il-pari f’konformità mar-regoli stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (u) tal-Artikolu 54(1).
li jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż billi jirrieżamina skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u, fejn adatt, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli.
Artikolu 63
Dritt li jitressaq ilment
Artikolu 64
Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv
Minkejja kwalunkwe rimedju amministrattiv jew nonġudizzjarju ieħor, persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta’:
deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew korp imsemmija fl-Artikolu 63(1) inkluż, fejn applikabbli, fir-rigward tal-ħruġ mhux adatt, in-nuqqas ta’ ħruġ jew ir-rikonoxximent ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkollhom fil-pussess tagħhom;
nuqqas li tittieħed azzjoni dwar ilment imressaq quddiem awtorità jew korp imsemmi fl-Artikolu 63(1).
Artikolu 65
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan it-Titolu u għall-ksur ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 66
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 67
Evalwazzjoni u rieżami
Artikolu 68
Tħassir u suċċessjoni
Artikolu 69
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu akkreditati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz li jkun indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jivvaluta.
Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti li jivvaluta jista’ jitqies bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, dment li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit li jiġi vvalutat, jew r-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dik il-projbizzjoni ma għandiex tipprekludi l-użu tal-prodotti tal-ICT vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti tal-ICT għal finijiet personali.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, la għandhom ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-forniment, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jiġu vvalutati, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet inkarigati li jwettqu dawk l-attivitajiet. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx jieħdu sehem f’attivitajiet li jistgħu joħolqu kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dik il-projbizzjoni għandha tapplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.
Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun proprjetà ta’ entità jew istituzzjoni pubblika jew ikun operat minnhom, l-indipendenza u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess għandhom ikunu żgurati bejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għandhom jiġu dokumentati.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u bil-kompetenza teknika rekwiżita fil-qasam speċifiku, u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, inklużi pressjonijiet u persważjonijiet ta’ natura finanzjarja, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll f’isem il-korp u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kwalunkwe sottokuntrattar għal, jew konsultazzjoni ta’, persunal estern għandha tkun dokumentata b’mod adatt, ma għandha tinvolvi l-ebda intermedjarju u għandha tkun soġġetta għal ftehim bil-miktub li jkopri, fost affarijiet oħra, il-kunfidenzjalità u l-konflitti ta’ interess. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità inkwistjoni għandu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa.
Fi kwalunkwe mument u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip, kategorija jew subkategorija ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:
persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u adatt biex iwettaq il-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;
deskrizzjonijiet tal-proċeduri li f’konformità magħhom trid titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, biex tiġi żgurata t-trasparenza u ta’ dawk il-proċeduri u l-possibbiltà tar-riproduzzjoni tagħhom. Dan għandu jkollu fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat skont l-Artikolu 61 u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;
proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit inkwistjoni u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi b’rabta mal-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità b’mod adatt, u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Il-persuni responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dan li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet tal-konformità li jwettqu u awtorità adegwata li jwettaq dawk il-valutazzjonijiet;
għarfien u intendiment adatti dwar ir-rekwiżiti applikabbli u l-istandards tal-ittestjar;
il-kapaċità li jfassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.
Għandha tiġi garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment ta’ livell għoli tagħhom, tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet tal-konformità, u ta’ kwalunkwe sottokuntrattur.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment ta’ livell għoli u tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprevedu polza tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu, il-kumitati tiegħ, is-sussidjarji tiegħu, is-sottokuntratturi tiegħu, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu l-kunfidenzjalità u josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħti effett lil dan ir-Regolament, u ħlief fejn id-divulgazzjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li tali persuni jkunu soġġetti għaliha, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom jiġu protetti. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu proċeduri dokumentati fis-seħħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-punt.
Bl-eċċezzjoni tal-punt 16, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness ma għandhomx jipprekludu skambji ta’ informazzjoni teknika u gwida regolatorja bejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u persuna li tapplika għaċ-ċertifikazzjoni jew li qed tikkunsidra tapplikax jew le għaċ-ċertifikazzjoni.
Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom joperaw f’konformità ma’ sett ta’ termini u kondizzjonijiet konsistenti, ġusti u raġonevoli, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tal-SMEs b’rabta mat-tariffi.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-laboratorji tal-ittestjar użati għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-laboratorji li jwettqu l-ittestjar.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
( 2 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
( 3 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
( 6 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 8 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).