Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1454R(01)

1454/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2005 tat- 2 ta’ Settembru 2005 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ kameras tat-television li joriġinaw mill-Ġappun ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 58M, 3.3.2009, pp. 173–178 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1454/corrigendum/2009-03-03/oj

3.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

173


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2005 tat-2 ta’ Settembru 2005 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ kameras tat-television li joriġinaw mill-Ġappun

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1454/2005

tat-2 ta’ Settembru 2005

li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ kameras tat-television li joriġinaw mill-Ġappun

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURI PREĊEDENTI

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (2), impona dazji definittivi ta' anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun.

(2)

Fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament Nru 1015/94, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazju anti-dumping, sistemi ta’ kameras elenkati fl-Anness għal dak ir-Regolament (“l-Anness”), li jirrappreżentaw sistemi ta’ kameras professjonali ta’ livell għoli li teknikament jaqgħu fit-tifsira ta’ prodott taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1015/94, iżda li ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi ta’ kameras għat-televiżjoni.

(3)

F’Ottubru 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2474/95 (3), emenda r-Regolament (KE) Nru 1015/94, b’mod partikolari rigward it-tifsira ta’ prodott simili u rigward ċerti mudelli ta’ sistemi ta’ kameras professjonali li huma espliċitament eżentati mid-dazju anti-dumping definittiv.

(4)

F’Ottubru 1997, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1952/97 (4), emenda r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv għal żewġ kumpanniji konċernati, jiġifieri s-Sony Corporation u l-Ikegami Tsushinki Co. Ltd., skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazju anti-dumping ċerti mudelli ġodda ta’ sistemi ta’ kameras professjonali billi żiedhom ma’ l-Anness.

(5)

F’Jannar 1999 u f’Jannar 2000, il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 193/1999 (5) u (KE) Nru 176/2000 (6), emenda r-Regolament (KE) Nru 1015/94 billi żied ċerti mudelli suċċessuri ta’ sistemi ta’ kameras professjonali ma’ l-Anness u għalhekk eskluda lil dawk mill-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv.

(6)

F’Settembru 2000, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2042/2000 (7), ikkonferma d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(7)

F’Jannar 2001 u f’Mejju 2001, il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 198/2001 (8) u (KE) Nru 951/2001 (9), emenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2000 billi żied ċerti mudelli suċċessuri ta’ sistemi ta’ kameras professjonali ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u għalhekk eskludihom mill-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv.

(8)

F’Settembru 2001, wara reviżjoni interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1900/2001 (10) ikkonferma l-livell tad-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 2042/2000 dwar importazzjonijiet ta’ TCS mill-produttur esportatur Hitachi Denshi Ltd.

(9)

F’Settembru 2002 u f’April 2004, il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 1696/2002 (11) u (KE) Nru 825/2004 (12), emenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2000 billi żied ċerti mudelli suċċessuri ta’ sistemi ta’ kameras professjonali ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u għalhekk eskludihom mill-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv.

(10)

F’Jannar 2005, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 84/2005 emenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2000 billi żied żewġ mudelli ta’ sistemi ta’ kameras professjonali ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u għalhekk eskludihom mill-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv.

B.   INVESTIGAZZJONI RIGWARD MUDELLI ĠODDA TA’ SISTEMI TA’ KAMERAS PROFESSJONALI

1.   Proċedura

(11)

Tliet produtturi esportaturi Ġappuniżi, notevolment l-Ikegami Tsushinki Co. Ltd (“Ikegami”), il-Hitachi Denshi (Europa) GmbH (“Hitachi”) u l-Matsushita informaw lill-Kummissjoni li huma kellhom l-intenzjoni li jintroduċu mudelli ġodda ta’ sistemi ta’ kameras professjonali fis-suq Komunitarju u talbu lill-Kummissjoni biex iżżid dawn il-mudelli l-ġodda, inklużi l-aċċessorji tagħhom, ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u għalhekk teżentahom mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji anti-dumping.

(12)

Il-Kummissjoni infurmat b’dan lill-industrija Komunitarja u bdiet investigazzjoni limitata biex tiddetermina jekk il-prodotti kkunsidrati jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji anti-dumping u jekk il-parti operattiva tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandhiex tkun għaldaqstant emendata.

2.   Mudelli investigati

(13)

It-talbiet għal eżenzjoni kienu riċevuti għall-mudelli li ġejjin ta’ sistemi ta’ kameras, fornuti bl-informazzjoni teknika rilevanti:

(i)

Ikegami:

Heads ta’ kameras HC-500 u HC-500W;

(ii)

Hitachi:

Head ta’ kamera V-35;

Unità ta’ kontroll ta’ kamera RU-Z35;

Adapter ta’ kamera CA-Z35;

Adapter ta’ kamera EA-Z35;

(iii)

Matsushita:

Head ta’ kamera AW-E860L.

Il-mudelli kollha kienu ppreżentati bħala suċċessuri għal mudelli diġà esklużi mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

3.   Sejbiet

i)   Heads ta’ kameras HC-500 u HC-500W

(14)

Instab li l-heads ta’ kameras HC-500 u HC-500W jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ta’ prodott ta’ l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Madankollu, dawn il-mudelli huma l-aktar użati għal applikazzjonijiet professjonali. L-industrija Komunitarja stqarret li dawn il-heads ta’ kameras jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ xandir f’rabta mas-sistema triax korrispondenti u/jew adapter triax. Madankollu, abbażi ta’ l-informazzjoni disponibbli u simili għall-mudelli predeċessuri tagħha, instab li l-heads ta’ kameras HC-500 u HC-500W mhumiex mibjugħin mas-sistema triax jew adapter korrispondenti fis-suq Komunitarju. Konsegwentement, f’dan is-suq, dawn il-mudelli ma kinux jintużaw bħala kameras għax-xandir fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Għalhekk, skond il-prattika preċedenti ta’ l-istituzzjoni Komunitarja, kien konkluż li dawn il-kameras għandhom jitqiesu bħala sistemi ta’ kameras professjonali li jaqgħu taħt it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Bħala riżultat, dawn il-mudelli għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping definittivi u miżjudin ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000.

(15)

Skond il-prattika stabbilita ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, dawn il-mudelli għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping mid-data ta’ l-irċevuta mis-servizzi tal-Kummissjoni tat-talba rilevanti għal eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-kameras li ġejjin importati fi jew wara t-28 ta’ Ottubru 2004 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping minn din id-data:

Ikegami — Heads ta’ kameras HC-500 u HC-500W;

ii)   Head ta’ kamera V-35, Unità ta’ kontroll ta’ kamera RU-Z35 u Adapters ta’ kameras CA-Z35 u EA-Z35

(16)

Instab li l-Head ta’ kamera V-35, l-istazzjon bażi RU-Z35 u l-adapters CA-Z35 u EA-Z35 jaqgħu fid-deskrizzjoni ta’ prodott ta’ l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Madankollu, huma l-aktar użati għal applikazzjonijiet professjonali u mhumiex mibjugħin mas-sistema triax jew adapter korrispondenti fis-suq Komunitarju. Għalhekk, kien konkluż li huma għandhom jitqiesu bħala sistema ta’ kamera professjonali li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Bħala riżultat, din is-sistema (head, stazzjon bażi u adapters) u l-aċċessorji tagħha għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping definittivi u miżjudin ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000.

(17)

Skond il-prattika stabbilita ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, din is-sistema ta’ kamera għat-televiżjoni għandha tkun eżentata mid-dazju anti-dumping mid-data ta’ l-irċevuta mis-servizzi tal-Kummissjoni tat-talba rilevanti għal eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-kamera li ġejja u l-aċċessorji tagħha importati fi jew wara s-27 ta’ Jannar 2005 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping minn din id-data:

 

Hitachi — Head ta’ kamera tal-kulur V-35,

 

Unità ta’ kontroll ta’ kamera RU-Z35,

 

Adapters ta’ kameras CA-Z35 u EA-Z35

iii)   Head ta’ kamera AW-E860L

(18)

Instab li l-head ta’ kamera AW-E860L kienet kważi identika għall-mudelli predeċessuri tagħha diġà elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Il-mudell il-ġdid kien biss aġġornament tekniku rigward il-ħtiġiet ambjentali ġodda fil-Komunità. Għalhekk, kien konkluż li dan il-mudell għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti.

(19)

Skond il-prattika stabbilita ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, din is-sistema ta’ kamera tat-televiżjoni għandha tkun eżentata mid-dazju anti-dumping mid-data ta’ l-irċevuta mis-servizzi tal-Kummissjoni tat-talba rilevanti għal eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-kamera li ġejja importati fi jew wara l-10 ta’ Mejju 2005 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping minn din id-data:

Matsushita — Head ta’ kamera AW-E860L.

4.   Informazzjoni lill-partijiet interessati u konklużjonijiet

(20)

Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja u lill-esportaturi tat-TCS bis-sejbiet tagħha u pprovdiethom b’opportunità biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom. L-ebda parti ma oġġezzjonat għas-sejbiet tal-Kummissjoni.

(21)

Abbażi ta’ dan ta’ qabel, ir-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandu jkun għaldaqstant emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal importazzjonijiet tal-mudelli li ġejjin prodotti u esportati lill-Komunità mill-prodotturi esportaturi li ġejjin:

(a)

Ikegami Tsushinki Co., Ltd mit-28 ta’ Ottubru 2004:

Head ta’ kamera HC-500;

Head ta’ kamera HC-500W.

(b)

Hitachi Denshi (Europa) GmbH mis-27 ta’ Jannar 2005:

Head ta’ kamera V-35;

Unita’ ta’ kontroll ta’ kamera RU-Z35;

Adapter ta’ kamera CA-Z35;

Adapter ta’ kamera EA-Z35.

(c)

Matsushita mill-10 ta’ Mejju 2005

Head ta’ kamera AW-E860L.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW

ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ sistemi ta’ kameras professjonali mhux kwalifikati bħala sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni (sistemi ta’ kameras għax-xandir) li huma eżentati mill-miżuri

Isem tal-kumpannija

Head ta’ kameras

Viewfinder

Unità ta’ kontroll ta’ kamera

Unità ta’ kontroll operattiva

Unità ta’ kontroll ewlenija

Adapters tal-kamera

Sony

DXC-M7PK

DXC-M7P

DXC-M7PH

DXC-M7PK/1

DXC-M7P/1

DXC-M7PH/1

DXC-327PK

DXC-327PL

DXC-327PH

DXC-327APK

DXC-327APL

DXC-327AH

DXC-537PK

DXC-537PL

DXC-537PH

DXC-537APK

DXC-537APL

DXC-537APH

EVW-537PK

EVW-327PK

DXC-637P

DXC-637PK

DXC-637PL

DXC-637PH

PVW-637PK

PVW-637PL

DXC-D30PF

DXC-D30PK

DXC-D30PL

DXC-D30PH

DSR-130PF

DSR-130PK

DSR-130PL

PVW-D30PF

PVW-D30PK

PVW-D30PL

DXC-327BPF

DXC-327BPK

DXC-327BPL

DXC-327BPH

DXC-D30WSP (13)

DXC-D35PH (13)

DXC-D35PL (13)

DXC-D35PK (13)

DXC-D35WSPL (13)

DSR-135PL (13)

DXF-3000CE

DXF-325CE

DXF-501CE

DXF-M3CE

DXF-M7CE

DXF-40CE

DXF-40ACE

DXF-50CE

DXF-601CE

DXF-40BCE

DXF-50BCE

DXF-701CE

DXF-WSCE (13)

DXF-801CE (13)

HDVF-C30W

CCU-M3P

CCU-M5P

CCU-M7P

CUU-M5AP (13)

RM-M7G

RM-M7E (13)

CA-325P

CA-325AP

CA-325B

CA-327P

CA-537P

CA-511

CA-512P

CA-513

VCT-U14 (13)

Ikegami

HC-340

HC-300

HC-230

HC-240

HC-210

HC-390

LK-33

HDL-30MA

HDL-37

HC-400 (13)

HC-400W (13)

HDL-37E

HDL-10

HDL-40

HC-500 (13)

HC-500W (13)

VF15-21/22

VF-4523

VF15-39

VF15-46 (13)

VF5040 (13)

VF5040W (13)

MA-200/230

MA-200A (13)

MA-400 (13)

CCU-37

CCU-10

RCU-240

RCU-390 (13)

RCU-400 (13)

RCU-240A

CA-340

CA-300

CA-230

CA-390

CA-400 (13)

CA-450 (13)

Hitachi

SK-H5

SK-H501

DK-7700

DK-7700SX

HV-C10

HV-C11

HV-C10F

Z-ONE (L)

Z-ONE (H)

Z-ONE

Z-ONE A (L)

Z-ONE A (H)

Z-ONE A (F)

Z-ONE A

Z-ONE B (L)

Z-ONE B (H)

Z-ONE B (F)

Z-ONE B

Z-ONE B (M)

Z-ONE B (R)

FP-C10 (B)

FP-C10 (C)

FP-C10 (D)

FP-C10 (G)

FP-C10 (L)

FP-C10 (R)

FP- C10 (S)

FP-C10 (V)

FP-C10 (F)

FP-C10

FP-C10 A

FP-C10 A (A)

FP-C10 A (B)

FP-C10 A (C)

FP-C10 A (D)

FP-C10 A (F)

FP-C10 A (G)

FP-C10 A (H)

FP-C10 A (L)

FP-C10 A (R)

FP-C10 A (S)

FP-C10 A (T)

FP-C10 A (V)

FP-C10 A (W)

Z-ONE C (M)

Z-ONE C (R)

Z-ONE C (F)

Z-ONE C

HV-C20

HV-C20M

Z-ONE-D

Z-ONE-D (A)

Z-ONE-D (B)

Z-ONE-D (C)

Z-ONE-DA (13)

V-21 (13)

V-21W (13)

V-35 (13)

GM-5 (A)

GM-5-R2 (A)

GM-5-R2

GM-50

GM-8A (13)

GM-9 (13)

GM-51 (13)

RU-C1 (B)

RU-C1 (D)

RU-C1

RU-C1-S5

RU-C10 (B)

RU-C10 (C)

RC-C1

RC-C10

RU-C10

RU-Z1 (B)

RU-Z1 (C)

RU-Z1

RC-C11

RU-Z2

RC-Z1

RC-Z11

RC-Z2

RC-Z21

RC-Z2A (13)

RC-Z21A (13)

RU-Z3 (13)

RC-Z3 (13)

RU-Z35 (13)

CA-Z1

CA-Z2

CA-Z1SJ

CA-Z1SP

CA-Z1M

CA-Z1M2

CA-Z1HB

CA-C10

CA-C10SP

CA-C10SJA

CA-C10M

CA-C10B

CA-Z1A (13)

CA-Z31 (13)

CA-Z32 (13)

CA-ZD1 (13)

CA-Z35 (13)

EA-Z35 (13)

Matsushita

WV-F700

WV-F700A

WV-F700SHE

WV-F700ASHE

WV-F700BHE

WV-F700ABHE

WV-F700MHE

WV-F350

WV-F350HE

WV-F350E

WV-F350AE

WV-F350DE

WV-F350ADE

WV-F500HE (*1)

WV-F565HE

AW-F575HE

AW-E600

AW-E800

AW-E800A

AW-E650

AW-E655

AW-E750

AW-E860L

WV-VF65BE

WV-VF40E

WV-VF39E

WV-VF65BE (*1)

WV-VF40E (*1)

WV-VF42E

WV-VF65B

AW-VF80

WV-RC700/B

WV-RC700/G

WV-RC700A/B

WV-RC700A/G

WV-RC36/B

WV-RC36/G

WV-RC37/B

WV-RC37/G

WV-CB700E

WV-CB700AE

WV-CB700E (*1)

WV-CB700AE (*1)

WV-RC700/B (*1)

WV-RC700/G (*1)

WV-RC700A/B (*1)

WV-RC700A/G (*1)

WV-RC550/G

WV-RC550/B

WV-RC700A

WV-CB700A

WV-RC550

WV-CB550

AW-RP501

AW-RP505

WV-AD700SE

WV-AD700ASE

WV-AD700ME

WV-AD250E

WV-AD500E (*1)

AW-AD500AE

AW-AD700BSE

JVC

KY-35E

KY-27ECH

KY-19ECH

KY-17FITECH

KY-17BECH

KY-F30FITE

KY-F30BE

KY-F560E

KY-27CECH

KH-100U

KY-D29ECH

KY-D29WECH (13)

VF-P315E

VF-P550E

VF-P10E

VP-P115E

VF-P400E

VP-P550BE

VF-P116E

VF-P116WE (13)

VF-P550WE (13)

RM-P350EG

RM-P200EG

RM-P300EG

RM-LP80E

RM-LP821E

RM-LP35U

RM-LP37U

RM-P270EG

RM-P210E

KA-35E

KA-B35U

KA-M35U

KA-P35U

KA-27E

KA-20E

KA-P27U

KA-P20U

KA-B27E

KA-B20E

KA-M20E

KA-M27E

Olympus

MAJ-387N

MAJ-387I

 

OTV-SX 2

OTV-S5

OTV-S6

 

 

 

Kamera OTV-SX


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)   ĠU L 111, 30.4.1994, p. 106. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 176/2000 (ĠU L 22, 27.1.2000, p. 29).

(3)   ĠU L 255, 25.10.1995, p. 11.

(4)   ĠU L 276, 9.10.1997, p. 20.

(5)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 10.

(6)   ĠU L 22, 27.1.2000, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1754/2004 (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 1).

(7)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 84/2005 (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 9).

(8)   ĠU L 30, 1.2.2001, p. 1.

(9)   ĠU L 134, 17.5.2001, p. 18.

(10)   ĠU L 261, 29.9.2001, p. 3.

(11)   ĠU L 259, 27.9.2002, p. 1.

(12)   ĠU L 127, 29.4.2004, p. 12.

(*1)  Imsejħin ukoll master set up unit (MSU) jew master control panel (MCP).

(13)  Mudelli eżentati bil-kondizzjoni li s-sistema triax jew l-adapter-triax korrispondenti ma jinbigħux fis-suq Komunitarju.”


Top