Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2459

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2459/98 tat-12 ta' Novembru 1998 li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 307, 17.11.1998, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2459/oj

31998R2459



Official Journal L 307 , 17/11/1998 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2459/98

tat-12 ta' Novembru 1998

li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej;

Wara li kkonsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98 tat-12 ta' Novembru 1998 li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolamenti l-oħra applikabbli għalihom f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment ta' remunerazzjoni, pensjoni u jeddijiet finanzjarji oħra f'euros [1], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [2] għandu jkun emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 it-termini "Franki Belġjani" għandha tkun mibdula bit-termini "euros" u l-ammonti espressi fi Franki Belġjani huma mibdula bl-ekwivalent tagħhom f'unitajiet euro bir-rata tal-kambju stabbilita mill-Kunsill.

Ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-irrotondar ta' ammonti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-introduzzjoni tal-euro [3], għandhom ikunu applikabbli.

Artikolu 2

"L-Artikolu 8

Taxxa għandha tinġabar permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn. L-ammont għandu jkun irrotondat 'l isfel sa wieħed-minn-mija ta' euro."

Artikolu 3

Fl-1 ta' Jannar 1999, skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għanda teffettwa l-konverżjoni f'euros tal-ammonti fi Franki Belġjani fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68; dawn il-valuri għandhom ikunu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej f'Jannar 1999.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mil-1 ta' Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Novembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Hostasch

[1] Ara paġna 1 ta' dan il-Journal Uffiċjali.

[2] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 1197/98 (ĠU L. 166, 11. p. 1).

[3] ĠU L 162, 19.6. 1997, p. 1.

--------------------------------------------------

Top