This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0071
Commission Directive 91/71/EEC of 16 January 1991 completing Council Directive 88/388/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to flavourings for use in foodstuffs and to source materials for their production
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 1991 li tikkompleta d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 1991 li tikkompleta d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom
ĠU L 42, 15.2.1991, pp. 25–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2011; Imħassar b' 32008R1334
Official Journal L 042 , 15/02/1991 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0064
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 1991 li tikkompleta d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom (91/71/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha, Billi d-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fuq l-ittikkettjar ta’ taħwir maħsuba għall-bejgħ lill-aħħar konsumatur jistgħu jimpedixxu ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawn il-prodotti u jwasslu għall-kundizzjonijiet mhux ugwali ta’ kompetizzjoni; Billi l-iskop ewlieni ta’ kull dispożizzjoni dwar l-ittikkettjar tat-taħwir għandu jkun illi l-konsumatur jiġi mgħarraf u protett; Billi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE, abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu kien ġie ssottomess lill-Kumitat Permanenti ta’ l-Oġġetti ta’ l-Ikel li ma kienx kapaċi jesprimi opinjoni; billi skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni konsegwentement issottomettiet lill-Kunsill proposta li għandha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu; Billi peress li l-Kunsill ma addotta l-ebda miżura sat-tmiem tat-tliet xhur li kien mogħti, il-Kummissjoni trid tadotta l-miżura proposta, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud: "L-Artikolu 9a 1. It-taħwir maħsub għall-bejgħ lill-aħħar konsumatur ma jistax jitqiegħed fis-suq għajr it-tikketta tiegħu tindika t-tagħrif obbligatorju li ġej, li għandu jkun jidher faċilment, jinqara b’mod ċar u ma jitħassarx: (a) jew il-kelma "taħwir" jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifiċi tat-taħwir; (b) jew il-kliem "għall-oġġetti ta’ l-ikel" jew referenza iktar speċifika għall-oġġett ta’ l-ikel li għalih it-taħwir huwa maħsub; (ċ) id-data tad-durabbiltà minima skond l-Artikolu 3(1) Nru 4 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE [2]; (d) fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali għall-ħażna u l-użu; (e) l-istruzzjonijiet għall-użu jekk in-nuqqas ta’ dan jipprevjieni l-użu xieraq tat-taħwir; (f) il-kwantità netta espressa f’unitajiet tal-massa jew tal-volum; (g) l-isem jew l-isem u l-indirizz tan-negozju tal-fabbrikant jew tal-pakkjatur, jew ta’ bejjiegħ stabbilit ġewwa l-Komunità; (h) indikazzjoni jew marka li tidentifika l-lott skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE [3]; (i) fil-kaz ta’ taħlita ta’ taħwira/iet ma’ sustanzi oħra lista fl-ordni dixxendenti skond il-piż fit-taħlita ta’: - it-taħwira jew it-taħwiriet inkwistjoni, skond (a) ta’ hawn fuq; - l-ismijiet ta’ kull waħda mis-sustanzi jew il-materjali l-oħra jew, fejn xieraq, in-numru E tagħhom. 2. il-kelma "naturali", jew kull kelma oħra li sostanzjalment ikollha l-istess tifsira, tista’ tiġi użata biss għat-taħwir li fihom il-komponent tat-taħwir ikun fih esklussivament is-sustanzi tat-taħwir kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u/jew preparazzjonijiet ta’ taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2)(ċ). Jekk fid-deskrizzjoni tal-bejgħ tat-taħwir tkun tinsab referenza għal oġġett ta’ l-ikel jew għal sors tat-taħwir, il-kelma "naturali" jew kull kelma oħra li jkollha sostanzjalment l-istess tifsira, ma tistax tintuża għajr jekk il-komponent tat-taħwir ikun ġie iżolat permezz ta’ proċessi fiżiċi adatti, proċessi enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi jew ta’ proċessi tradizzjonali tat-tħejjija ta’ l-ikel biss jew kważi biss mill-oġġetti ta’ l-ikel jew mis-sors tat-taħwir ikkonċernat. 3. Il-partikolaritajiet meħtieġa f’dan l-Artikolu għandhom jingħataw f’lingwa li tinftiehem bla xkiel mix-xerrej għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri oħra sabiex jiżguraw illi x-xerrej ikun imgħarraf. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex timpedixxi milli dawn il-partikolaritajiet jiġu indikati f’lingwi varji." L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk illi: - jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1992; - jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom jgħarrfu minnufih b’dan lill-Kummissjoni. 2. Kull dispożizzjoni bħal din adottata mill-Istati Membri għandu jkun fiha referenza għal din id-Direttiva jew għandha tkun akkumpanjata b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha. Ir-regoli ddettaljati dwar din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Jannar 1991. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Viċi-President [1] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. [2] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. [3] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21. --------------------------------------------------