This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0261
Council Decision of 27 March 2000 on the improved exchange of information to combat counterfeit travel documents
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 dwar l-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni biex jikkumbatti dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 dwar l-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni biex jikkumbatti dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar
ĠU L 81, 1.4.2000, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 081 , 01/04/2000 P. 0001 - 0003
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 dwar l-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni biex jikkumbatti dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar (2000/261/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu, Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi: (1) Dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz żdiedu sa punt allarmanti. (2) Sistema kkomputerizzata ta' arkivju u trasmissjoni ta' xbihat (FADO) twaqqfet bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 [3]. (3) L-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni dwar dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz għandu jagħmel possibbli li jkun limitat l-iffalsifikar ta' dokumenti u hekk jagħmel kontribuzzjoni effettiva għall-ġlieda kontra d-delitti u l-kuntrabandu f'esseri umani. (4) L-użu ta' ġbir ta' informazzjoni standardizzata għandu jiffaċilita u jħaffef l-amministrazzjoni ta' proċedimenti kriminali. (5) Din id-Deċiżjoni ma tolqotx il-kompetenza ta' l-Istati Membri li għandha x'taqsam ma' rikonoxximent ta' passaporti, dokumenti ta' l-ivvjaġġar, viżas, jew dokumenti oħra ta' identità, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Biex jitjieb iktar l-iskambju bejn Stati Membri ta' informazzjoni dwar dokumenti foloz, sistema ta' rrapportar għall-iskoperta ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz għandha tkun użata. L-għan tagħha għandu jkun li: (a) jagħmilha eħfef biex tiskopri dokumenti ta' l-ivvjaġġar foloz waqt l-ispezzjoni, u (b) iżid l-effikaċita tat-tfittxija għal dokumenti ta' l-ivvjaġġar misruqa, attenzjoni partikolari lin-numru tas-serje tad-dokument ta' l-ivvjaġġar. 2. L-iskambju ta' informazzjoni m'għandux jinkludi dettalji personali. Artikolu 2 1. Il-formola standard miġjuba fl-Anness I għandha tintuża għall-għan ta' trasmissjoni ta' informazzjoni skond l-Artikolu 1. 2. L-unità ċentrali ta' kull Stat Membru għandha direttament u mingħajr dewmien tiskambja l-informazzjoni ma' l-unita ċentrali ta' kull Stat Membru ieħor. Hija wkoll għandha tinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Artikolu 3 1. Għall-għanijiet tal-ġbir uniformi ta' informazzjoni li tista' tkun rekwiżita għal proċeduri kriminali sussegwenti konnessi ma' dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar, Stati Membri għandhom, sakemm hu possibbli, jużaw il-kwestjonarju miġjub fl-Anness II. 2. Id-data rekwiżiti għall-proċeduri kriminali li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkomunikati lill Stati Membri oħra skond il-liġi nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2000. Għall-Kunsill Il-President F. Gomes [1] ĠU C 176, 22.06.1999, p. 1. [2] Opinjoni mogħtijai fid-19 ta' Novembru 1999 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 333, 09.12.1998, p. 4. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II KWESTJONARJU għall-istħarriġ ta' utenti ta' dokument falz in konnessjoni ma' l-informazzjoni ad hoc ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea dwar dokumenti foloz ta' l-ivvjaġġar 1. Data dwar l-utent tad-dokument (meħtieġa għal iktar inkjesti, ċitazzjoni, eċċ,): Isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita, indirizz ta' kuntatt. 2. informazzjoni dwar l-itinerarju u r-raġuni għall-użu tad-dokument il-falz 3. informazzjoni dwar il-falsarju/fabbrikant/traffikant/organizzazzjoni 3.1. Meta, fejn [1] u minn għand min [2] id-dokument il-falz kien irċevut? 3.2. Meta, u fejn [3] sar l-ewwel kuntatt? 3.3. Liema kondizzjonijiet kellek tissodisfa, biex irċevejt id-dokument? (Ritratti tal-passaport, firem, depost, eċċ.) 3.4. Meta, kif u fejn [4] id-dokument il-falz kien ikkusinnat? Il-post tal-laqgħa kien ippjanat (miftiehem)? 3.5. Kemm qam id-dokument il-falz? 3.6. Meta, kif u fejn [5] il-flus kienu kkunsinnati? 3.7. Sa fejn persuni oħra ħadu sehem? Min? Hemm persuni oħra li taf (magħrufa) li kienu involuti? Intermedjarji? [6] 3.8. Min hu [7] il-falsarju u fejn [8] kien iffabrikat id-dokument il-falz? 3.9. Stajt irċevejt dokumenti oħra (falsifikazzjonijiet)? 3.10. Min [9] barra minnek irċieva dokument falz? 3.11. Fejn [10] huma d-dokumenti l-ġenwini tiegħek? (Jekk ikkunsennajthom lil persuni oħra, per eżempju l-kuntrabandist [11], data eżatti tal-passaport inkluż in-numru tal-passaport) 3.12. Tista' tagħti informazzjoni pertinenti oħra? [1] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjon tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [2] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali). [3] Jekk inti tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [4] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [5] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [6] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali). [7] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali). [8] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [9] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali). [10] Jekk tispeċifika post jekk jogħġbok indika:Pajjiż, belt, bini, appartament, kummerċ, stazzjoni tal-ferrovija, restorant, lokalita oħra, mezzi ta' trasport, isem u/jew deskrizzjoni eżatti. [11] Data personali, isem, l-ewwel isem, isem/alias/laqam ieħor, data tat-twelid, post tat-twelid, sess, nazzjonalita u informazzjoni importanti oħra, per eżempju deskrizzjoni tal-persuna, eta apparenti, tul, piż, kulur tax-xagħar, karatteristiċi speċjali, lingwa, indirizzi, numri tat-telefon, vetturi (marka, kulur, numru tal-pjanċa, karatteristiċi speċjali). --------------------------------------------------