This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK — dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 — dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
Sabiex jipprevjenu repressjoni interna fiż-Żimbabwe, id-deċiżjoni u r-regolament jipprojbixxu:
Id-deċiżjoni u r-regolament jimponu miżuri restrittivi fuq membri individwali tal-gvern taż-Żimbabwe u kwalunkwe assoċjat li l-attivitajiet tiegħu jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.
Eżenzjonijiet speċifiċi għal dawn il-miżuri huma stabbiliti fid-deċiżjoni.
Minbarra l-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE imponiet ukoll “miżuri xierqa” fuq iż-Żimbabwe bejn l-2002 u l-2014. Dawn il-miżuri kienu jikkonsistu kif ġej:
Dawn il-miżuri tneħħew f’Novembru 2014, bl-impenn mill-ġdid tal-UE u l-Istati Membri tagħha fi djalogu politiku mal-gvern taż-Żimbabwe u t-tkomplija tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp bilaterali tal-UE.
Il-bażijiet legali għal dawn is-sanzjonijiet tal-UE huma l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għad-deċiżjoni, u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għar-regolament.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal- dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, , pp. 6-23)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad- dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 55, , pp. 1-13)
l-aħħar aġġornament