This document is an excerpt from the EUR-Lex website
F’Settembru 2016, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta deċiżjoni u regolament li jippermettu lill-UE, għall-ewwel darba, tapplika sanzjonijiet b’mod awtonomu għal ISIL jew Al-Qaeda u individwi, gruppi, impriżi jew entitajiet li jappoġġjawhom. Qabel, is-sanzjonijiet setgħu jiġu applikati biss għal persuni u entitajiet elenkati min-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Istati Membri tal-UE li jaġixxu individwalment. Dawn iż-żewġ atti ġew emendati maż-żmien u:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 881/2002 tas- li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi għall-Afganistan, it-tisħiħ tal-projbizzjoni tat-titjiriet u l-estensjoni tal-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (ĠU L 139, , pp. 9–22).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal- dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (Ġ L 255, , pp. 25–32).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal- li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (ĠU L 255, , pp. 1–11).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament