Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

L-enerġija rinnovabbli

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din tistabbilixxi sistema komuni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1 fis-setturi differenti. B’mod partikolari din:
    • tistabbilixxi mira vinkolanti għall-Unjoni Ewropea (UE) għas-sehem tagħha fit-taħlita enerġetika fl-2030;
    • tirregola l-awtokonsum għall-ewwel darba; u
    • tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli għall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, u fit-trasport fl-UE.
  • Hi għandha l-għan li żżid l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex tiġġieled il-bidla fil-klima, tipproteġi l-ambjent u tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija, u tikkontribwixxi għat-tmexxija teknoloġika u industrijali tal-UE u l-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir, inklużi f’żoni rurali u iżolati.

PUNTI EWLENIN

L-enerġija rinnovabbli

Emendi 2023

  • L-UE aġġornat ir-regoli tagħha dwar l-enerġija bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pakkett “lest għal mira ta’ 55%” tagħha, li għandu l-għan li jassikura li dawk ir-regoli jkunu alinjati mal-objettiv tan-newtralità klimatika 2050 u mal-objettivi tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet nett tal-gass b’effett ta’ serra b’tal-inqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
  • Dawn ir-regoli ġew emendati wkoll biex jiġi implimentat il-pjan REPowerEU li għandu l-għan li jnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq żejt u gass Russu.
  • Id-direttiva ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2023/2413.

Id-direttiva tinkludi:

  • regoli għal appoġġ finanzjarju kosteffikaċi u bbażat fuq is-suq għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli;
  • protezzjoni għal skemi ta’ sostenn minn modifiki li jpoġġu proġetti eżistenti f’riskju;
  • mekkaniżmi għal kooperazzjoni bejn Stati Membri tal-UE, u bejn Stati Membri u pajjiżi mhux tal-UE;
  • regoli li jgħinu lil vetturi u batteriji tal-elettriku biex jipprovdu flessibilità lis-sistema tal-enerġija tagħna billi jmantnu l-elettriku rinnovabbli fil-grilja meta jkun hemm bżonn;
  • regoli li jippermettu lill-konsumaturi jipproduċu l-elettriku tagħhom stess, b’mod individwali jew bħala parti minn komunitajiet ta’ enerġija rinnovabbli, mingħajr restrizzjonijiet bla bżonn;
  • proċeduri aċċelerati għal permess għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli;
  • rekwiżiti msaħħa għall-appoġġ u użu ta’ bijomassa għall-enerġija, biex jitnaqqas ir-riskju tal-produzzjoni mhux sostenibbli tal-bijoenerġija.

Miri

  • Mira kumplessivament vinkolanti ta’ 42.5% sal-2030 għas-sehem ta’ rinnovabbli fil-konsum kumplessiv tal-enerġija tal-UE, b’żieda indikattiva ta’ 2.5% biex tinkiseb il-mira ta’ 45%.
  • Għas-settur tat-trasport, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn:
    • mira vinkolanti ta’ tnaqqis ta’ 14.5 % fl-intensità tal-gass b’effett ta’ serra fit-trasport mill-użu tar-rinnovabbli sal-2030, jew
    • sehem vinkolanti ta’ mill-inqas 29 % tar-rinnovabbli fi ħdan il-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport sal-2030.
  • Għas-settur industrijali:
    • żieda annwali indikattiva medja fl-użu tal-enerġija rinnovabbli ta’ 1.6 %;
    • 42 % tal-idroġenu użat fl-industrija jrid jiġi minn fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika sal-2030 u 60 % sal-2035.
  • Għas-settur tal-bini u s-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ:
    • mira indikattiva ta’ mill-inqas 49 % mis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-bini sal-2030;
    • żieda gradwali fil-miri rinnovabbli għat-tisħin u għat-tkessiħ ta’ 0.8 % kull sena fil-livell nazzjonali sal-2026 u 1.1 % mill-2026 sal-2030.

Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

  • Id-Direttiva (UE) 2018/2001 kellha tkun inkorporata f’liġi nazzjonali sat-.
  • Il-biċċa l-kbira tar-regoli introdotti mid-Direttiva emendatorja (UE) 2023/2413 kellhom ikunu inkorporati sal-, għalkemm il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jikkonċernaw proċeduri tal-għotja ta’ permessi jridu jkunu inkorporati sal-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Enerġija minn sorsi rinnovabbli. Enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, bħall-enerġija mir-riħ, mix-xemx (termali u fotovoltajka), mill-enerġija aerotermika, mill-ġeotermika, mill-idrotermika, mis-sħana ambjentali, mill-marea, mill-mewġ u enerġija oħra mill-oċeani, mill-idroenerġija, mill-bijomassa, mill-gassijiet minn miżbliet, minn gassijiet u bijogassijiet minn faċilitajiet tat-trattament tal-iskart.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, , pp. 82–209).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2018/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, ).

l-aħħar aġġornament

Início