Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/631 — li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) 2019/631 għandu l-għan li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, biex jilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ara s-sommarju) għall-2030 u lil hinn u biex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment għall-emissjonijiet (tas-CO2) għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda (jiġifieri vannijiet).
  • Il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE għal karozzi u vannijiet ġodda huma alinjati mal-objettivi klimatiċi riveduti tal-UE, elenkati fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Klima tal-UE (ir-Regolament (UE) 2021/1119), li jonqox l-objettiv biex tintlaħaq n-newtralità klimatika sal-2050 f’leġiżlazzjoni u li jisabbilixxi wkoll mira għat-tnaqqis domestiku fl-UE għal emissjonijiet nett tal-gassijiet serra ta’ tal-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
  • Dawn ir-rekwiżiti jikkontribwixxu wkoll sabiex tintlaħaq il-mira li, sal-2030, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fis-setturi mhux koperti mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet b’40 % meta mqabbel mal-2005.

Miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet

  • Meta mqabbel mal-2021, ir-regolament jirrikjedi li l-emissjonijiet tas-CO2 medji annwali tal-flotta tal-UE kollha, kemm mill-karozzi l-ġodda kif ukoll mill-vannijiet il-ġodda, jitnaqqsu:
    • bi 15 % għall-perjod 2025–2029;
    • b’55% għall-karozzi l-ġodda u b’50% għall-vannijiet il-ġodda, għall-perjodu 2030–2034;
    • b’100 % mill- ’il quddiem.
  • Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea, f’att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mira nedja tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-mira speċifika tas-CO2 għal kull manifattur sabiex tevalwa r-rendiment tagħhom biex jissodisfaw il-miri tagħhom (għall-2022, ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/865).
  • Il-manifatturi li jaqbżu l-miri speċifiki tagħhom ta’ emissjonijiet ser ikollhom iħallsu premium ta’ emissjoni eċċessiva ta’ €95 għal kull g/km żejda għal kull vettura ġdida rreġistrata.

Inċentivi għall-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi

  • Mill- sal-, ser japplika inċentiv ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi (ZLEVs), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 għal manifattur ser tkun imtaffija jekk is-sehem tiegħu ta’ ZLEVs (vetturi b’emissjonijiet minn 0 sa 50 g/km) irreġistrata f’sena partikolari taqbeż il-livelli ta’ parametraġġi referenzjarji li ġejjin:: 25% għall-karozzi u 17% għall-vannijiet.
  • Għall-kalkolu tas-sehem ZLEV fi flotta ta’ manifattur, regola ta’ kontabilità tapplika li tagħti iktar piż lil ZLEV b’emissjonijiet tas-CO2 iktar baxxi.

Ġbir, derogi u innovazzjonijiet ekoloġiċi

  • Dawn huma miżuri li jagħmluha aktar faċli għall-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom.
  • Il-manifatturi jistgħu jiffurmaw ġabra, f’liema każ tapplika mira konġunta għall-ġabra kollha.
  • Il-manifatturi li jirreġistraw kull sena inqas minn 1,000 karozza jew vann ġdid huma eżentati milli jissodisfaw miri ta’ emissjonijiet speċifiċi, sakemm ma jkunux applikaw għal deroga.
  • Il-manifatturi li jirreġistraw inqas minn 10,000 karozza jew 22,000 vann jistgħu japplikaw għal deroga għal “manifattur ta’ volum żgħir”. Id-deroga mhux se tibqa’ teżisti mill-2036 ’il quddiem.
  • Il-manifatturi li jirreġistraw bejn 10 000 u 300 000 karozza jistgħu japplikaw għal “deroga speċjalizzata”. Id-deroga mhux se tibqa’ teżisti mill-2029 ’il quddiem.
  • Il-manifatturi jistgħu jirċievu wkoll krediti ta’ “eko innovazzjoni” għal teknoloġiji innovattivi. Il-limitu massimu għal tali krediti se jitniżżel gradwalment mill-2025. Dawn il-krediti mhux se jibqgħu jeżistu mill-2035 ’il quddiem.

Data robusta dwar l-emissjonijiet

Ir-regoli japplikaw biex jiżguraw ir-robustezza u r-rappreżentattività fl-użu reali tad-data rreġistrata dwar l-emissjonijiet billi jeħtieġu:

  • il-Kummissjoni tissorvelja l-emissjonijiet tas-CO2 f’sewqan reali u d-data dwar il-konsum ta’ fjuwil jew ta’ enerġija tal-vetturi (ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392);
  • awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip biex jivverifikaw li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irrekordjati mill-manifatturi fiċ-ċertifikati ta’ konformità jikkorrispondu mal-valuri ta’ dawk il-vetturi meta jkunu fis-servizz (ara r-Regolament Delegat (UE) 2023/2867 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2866).

Emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja

  • Sal-2025, il-Kummissjoni se tippreżenta metodoloġija biex tivvaluta u tirrapporta l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-karozzi u l-vannijiet mibjugħa fis-suq tal-UE.
  • Mill-, il-manifatturi jistgħu jibdew jirrappurtaw l-emissjonijiet tas-CO2 taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi tagħhom abbażi ta’ din il-metodoloġija komuni tal-UE.

Rapport ta’ progress

  • Sal-, u kull sentejn wara, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-progress lejn il-mobbiltà tat-triq b’emissjonijiet żero. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jissorvelja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta, inkluż permezz ta’ mezzi finanzjarji. Fir-rapport, il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità tal-klima sal-2050.
  • Flimkien mal-ewwel rapport ta’ progress, il-Kummissjoni għandha tissottometti analiżi biex tidentifika kwalunkwe lakuna fil-finanzjament biex tiżgura tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tal-karozzi, b’attenzjoni partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u r-reġjuni li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Dan, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati.

Rieżami

Fl-2026, il-Kummissjoni ser tirrevedi l-effettività u l-impatt tar-regolament u ser tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-.

Ir-Regolament (UE) 2019/631 irreveda u ssostitwixxa r-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u l-emendi sussegwenti tagħhom.

Ir-Regolament kien emendat mir-Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (ĠU L 111, , pp. 13–53).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/631 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top