Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-adozzjoni tal-euro

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni tal-euro

Ir-Regolament(UE) Nru 1103/97 dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-introduzzjoni tal-Euro.

L-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Regoli tranżizzjonali dwar il-politika ekonomika u monetarja

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI U TAL-ARTIKOLU 140 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA?

Iż-żewġ regolamenti jipprovdu l-pedament legali u ċertezza biex jitroduċu l-euro (unjoni ekonomika u monetarja).

  • Regolament (KE) Nru. 974/98 jitsabbilixxi skeda ta’ żmien għat- tranżizzjoni għall-ewro.
  • Regolament (KE) Nru. 1103/97 jkopri kwistjonijiet bħal rati u proċeduri ta’ konverżjoni, kuntratti u l-istruzzjonijiet għal pagamenti.

L-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) jistabbilixxi l-kriterja tas-sħubija għal unjoni ekonomika u monetarja u l-adozzjoni tal-euro. Dan jipprovdi għall-monitoraġġ regolari tal-progress li Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) mhux fiż-żona tal-euro jagħmlu lejn l-issodisfar ta’ dawk ir-rekwiżiti.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (KE) Nru 974/98:

  • jinkludi, fl-anness tiegħu, l-adozzjoni tal-euro u d-dati tal-bidla tal-flus u l-perjodu tat-tneħħija gradwali*, jekk applikabbli, għal kull Stat Membru li jkun qed jipparteċipa;
  • jikkonferma li l-munita unika:
    • hi l-euro,
    • jinqasam f’100 ċenteżmu,
    • jissostitwixxi l-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li jipparteċipaw bir-rata tal-konverżjoni mifthiema,
    • hu l-valuta Ewropea tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonal li jipparteċipaw;
  • jiddikajra dik ir-referenza għal munita nazzjonali fi strument legali* hu validu daqs li kieku ddenominat f’euro;
  • jinnota li karti tal-flus u muniti nazzjonali jibqgħu muniti legali mill-jum ta’ qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru kkonċernat;
  • jagħti:
    • lill-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonal tal-Istati Membri li jipparteċipaw setgħa esklużiva biex ipoġġu l-karti tal-flus tal-euro f’ċirkulazzjoni,
    • Stati Membri r-responsabbiltà li joħorġu muniti euro li jikkonformaw mad-denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi mifthiema mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;
  • jistabbilixxi t-termini ta’ kwalunkwe perjodu ta’ tneħħija gradwali għall-muniti nazzjonali — għażla li l-ebda Stat Membru taż-żona tal-euro għadu ma uża;
  • jiddeskrivi “perjodu tranżizzjonali” bħala 3 snin l-aktar, u jibdew mid-data tal-adozzjoni tal-euro u jispiċċaw fid-data tal-bidla tal-flus;
  • jiddikjara li karti tal-flus u muniti nazzjonal jibqgħu muniti legali sa, tal-inqas 6 xhur wara d-dati rispettivi tal-bidla tal-flus — matul dan il-perjodu, banek u istituzzjonijiet ta’ kreditu jridu jbiddlu l-munita nazzjonali tal-klijenti f’euro mingħajr ħlas, u wara, karti u muniti tal-euro biss huma muniti legali fi Stati Membri taż-żona tal-euro;
  • jirrikjedi li Stati Membri japplikaw sanzjonijiet kontra karti tal-flus u muniti tal-euro foloz.

Ir-Regolament (KE) Nru 1103/97:

  • jissostitwixxi l-unità tal-munita Ewropea, baskett ta’ muniti nazzjonali użati qabel għal skopijiet ta’ kontabilità tal-UE, bl-euro b’rata tal-konverżjoni ta’ 1:1 fid-dokumenti legali kollha mill-1 ta’ Jannar 1999;
  • jiggarantixxi li l-introduzzjoni tal-euro ma taffettwax il-kontinuwità ta’ kuntratti u ftehimiet legali u obbligi kollha li jkollhom referenza għal munita nazzjonali;
  • jiddikjara li r-rati ta’ konverżjoni għall-muniti nazzjonali f’euro jestendu għal sitt figuri — ma jistgħux jiġu arrotondati ’l fuq jew ’l isfel;
  • jirrikjedu li kwalunkwe konverżjoni minn munita nazzjonali waħda għal oħra ssir permezz tal-euro.

Artikolu 140 TFUE u Protokoll Nru 13 anness mat-TFUE stabilixxa l-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, magħrufa bħala l- “kriterji ta’ konverġenza”, li l-Istati Membri jridu jissodisfaw sabiex jadottaw l-euro. Dawn huma dawn li ġejjin.

  • L-istabbiltà tal-prezzijiet. Ma jkollhomx rata ta’ inflazzjoni ogħla minn 1.5 punti perċentwali aktar mill-medja tat-tliet Stati Membri bl-aqwa prestazzjoni għal sena.
  • Finanzi tal-gvern. Dawn iridu jkunu sodi u sostenibbli kif muri bin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċesiv.
  • L-istabbiltà tar-rati tal-kambju. Varjazzjonijiet eċċessivi tal-kambju jridu jkunu evitati kif muri bil-parteċipazzjoni tal-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju mingħajr tensjonijiet severi u mingħajr devalwazzjoni għal perjodu ta’ sentejn tal-inqas.
  • Konverġenza tar-rata tal-imgħax. Rati ta’ imgħax fit-tul ma jridux jaqbiżu (b’aktar minn 2 punti perċentwali) ir-rata tal-medja tal-aktar tliet Stati Membri bi prestazzjoni tajba f’termini ta’ stabbiltà fil-prezzijiet.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

  • Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 1999.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1103/97 ilu japplika mill-20 ta’ Ġunju 1997.

SFOND

  • Ċertezza legali, speċjalment għal individwi u kumpaniji, hija assolutament essenzjali meta Stat Membru tal-UE jibdel il-munita nazzjonali tiegħu mal-euro.
  • Fl-1 ta’ Jannar 1999, 11-il Stat Membru ffissaw ir-rati tal-kambju tagħhom, adottaw politika monetarja komuni u nedew l-euro bħala munita komuni ġdida fis-swieq finanzjarji.
  • Minn Jannar 2023, l-euro ilha l-munita ta’ 20 Stat Membru.

TERMINI EWLENIN

Perjodu tat-tneħħija gradwali. Sena l-aktar, li tibda mid-data tal-adozzjoni tal-euro.
Strument legali. Leġiżlazzjoni, atti amministrattivi, deċiżjonijiet ġudizzjarji, struzzjonijiet ta’ pagament u dokumenti oħra b’effett legali.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 139, 11.5.1998, pp. 1–5).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 974/98 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 162, 19.6.1997, pp. 1–3).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 5 — Dispożizzjonijiet tranżizzjonali — l-Artikolu 140 (ex Artikoli 121(1), 122(2), it-tieni sentenza, u 123(5) TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 108–110).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 187, 14.7.2022, pp. 31–34).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 13) dwar il-kriterji ta’ konverġenza (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 281–282).

l-aħħar aġġornament 19.04.2023

Top