Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-kriterji ta’ konverġenza

Sabiex jadottaw l-euro bħala l-munita tagħhom, il-pajjiżi tal-UE jridu jġibu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom konformi mad-dritt tal-Unjoni rilevanti. Huma jridu jissodisfaw ukoll l-erba’ kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin, magħrufa bħala l-kriterji ta’ konverġenza, li ġew miftiehma f’Maastricht fl-1991.

  • L-Istabbiltà tal-prezzijiet. Prestazzjoni tal-prezzijiet li tkun sostenibbli u b’inflazzjoni medja ta’ mhux aktar minn 1.5 punti perċentwali ogħla mir-rata tat-tliet pajjiżi taż-żona tal-euro bl-aħjar prestazzjoni.
  • Finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli. Il-pajjiż ma għandux ikun soġġett għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.
  • Id-durabbiltà tal-konverġenza. Ir-rata ta’ imgħax nominali fit-tul ma tridx taqbeż dik tat-tliet pajjiżi taż-żona tal-euro bl-aħjar prestazzjoni b’aktar minn 2 punti perċentwali f’termini ta’ stabbiltà tal-prezzijiet.
  • L-Istabbiltà tar-rati tal-kambju. Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) tal-UE għal mill-anqas sentejn mingħajr tensjonijiet severi, b’mod partikolari mingħajr żvalutazzjoni kontra l-euro, biex jintwera li l-pajjiż jista’ jiġġestixxi l-ekonomija tiegħu mingħajr rikors għal ċaqliq eċċessiv fil-muniti.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 140 u protokoll anness) jinkludi regoli dwar it-tranżizzjoni għat-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja, li huwa meta pajjiż tal-UE jadotta l-euro bħala l-munita tiegħu.

ARA WKOLL

Top