Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 2021/782 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan għandu l-għan li jipprovdi protezzjoni mtejba b’mod sinifikanti lill-passiġġieri tal-ferroviji f’każ ta’ tfixkil fl-ivjaġġar.
  • Għandu wkoll l-għan li jirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità jew mobilità mnaqqsa.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament japplika għal vjaġġi tal-ferrovija internazzjonali jew domestiċi pprovduti minn kumpanija/kumpaniji tal-ferrovija fl-Unjoni Ewropea (UE). Dan jinkludi numru ta’ karatteristiċi ġodda u importanti.

  • Biljetti globali. Obbligu ġdid għat-trasportaturi li jikkwalifikaw bħala “impriża ferrovjarja unika”1 sabiex joffru is-servizzi ferrovjarji reġjonali ta’ distanzi twal (internazzjonali u domestiċi) tagħhom bħala biljett globali.
  • Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiddistribwixxu data dwar it-traffiku f’ħin reali lil impriżi ferrovjarji, bejjiegħa tal-biljetti, operaturi turistiċi u amministraturi tal-istazzjon. Il-kumpaniji ferrovjarji għandhom jipprovdu informazzjoni dinamika dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali lil kumpaniji ferrovjarji oħrajn li jbigħulhom il-biljetti, kif ukoll lil bejjiegħa tal-biljetti u operaturi turistiċi.
  • Dritt li tagħżel ir-rotta tiegħek inti stess. Meta l-passiġġieri ma jkunux ġew offruti soluzzjoni f’waqtha (f’100 minuta) f’każ ta’ vjaġġ imfixkel, dawn jistgħu jorganizzaw trasport pubbliku bil-ferrovija jew bix-xarabank huma stess, u jiġu rimborżati mit-trasportatur għall-kost “neċessarju, xieraq u raġonevoli” tal-biljett addizzjonali.
  • Trasportazzjoni ta’ roti. Spazji ddedikati għal roti assemblati (mhux li jintlewew biss) se jkunu rekwiżit fuq ferroviji ġodda u fuq dawk li sarulhom aġġornamenti kbar.
  • Persuni b’diżabilità u b’mobbiltà mnaqqsa. Jnaqqas il-perjodu ta’ pre-notifika għat-talbiet għal assistenza għal 24 siegħa flimkien ma’ għadd ta’ miżuri oħra.
  • L-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri. Jintroduċi qafas tal-infurzar imtejjeb li jinkludi:
    • mekkaniżmu tal-ittrattar tal-ilmenti emendat;
    • obbligu rinforzat għal kooperazzjoni bejn il-korpi tal-infurzar nazzjonali;
    • formula standardizzata għal madwar l-Ewropa kollha li tippermetti lill-passiġġieri jitolbu rimborż jew kumpens.
  • Klawżola ta’ force majeure. L-impriżi ferrovjarji ma għandhomx għalfejn iħallsu kumpens għal dewmien jew kanċellazzjoni f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji bħal pandemija jew kundizzjonijiet tat-temp estremi.
  • Trattament ugwali. Hija pprojbita diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier jew il-post tal-istabbiliment tat-trasportatur jew il-bejjiegħ tal-biljetti u l-operatur turistiku ġewwa l-UE.
  • Tfixkil kbir. F’koordinazzjoni mal-maniġers tal-infrastruttura u tal-istazzjon, l-impriżi ferrovjarji għandhom jippreparaw pjanijiet ta’ kontinġenza (inkluż sistemi aċċessibbli ta’ twissija u ta’ informazzjoni) sabiex jippreparaw għall-possibbiltà ta’ tfixkil kbir u dewmien twil li jwasslu biex numru konsiderevoli ta’ passiġġieri jeħlu fi stazzjon.
  • Eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet li kienu diġà jeżistu ġew imqassra u l-ebda servizz tal-ferrovija mhu per se eżentat. L-Istati Membri tal-UE xorta waħda jistgħu jagħtu ċerti eżenzjonijiet, bħal għal servizzi tal-passiġġier urbani, sottourbani u reġjonali, li magħhom numru akbar ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji jibqgħu applikabbli.

MINN META SE JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan se jidħol fis-seħħ fis- u se jibda japplika mis-.

SFOND

TERMINI EWLENIN

  1. Impriża unika: l-“impriża ferrovjarja unika” tista’ tinkludi impriżi ferrovjarji differenti li huma interkonnessi ħafna abbażi ta’ kriterju ta’ sjieda sħiħa (Artikolu 12(1)).

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, , pp. 1-52)

l-aħħar aġġornament

Top