Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli tat-tikkettar tal-UE għall-għasel

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel

Id-Direttiva (UE) 2024/1438 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Direttiva 2001/110/KE tistabbilixxi r-regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-kompożizzjoni u definizzjoni ta’ għasel u dwar tikkettar, informazzjoni dwar preżentazzjoni u oriġini, u tispeċifika t-tipi ta’ prodotti tal-għasel li jistgħu jinbigħu taħt ismijiet mgħotija
  • Fost affarijiet oħra, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1438 ddaħħal regoli stretti fir-rigward tal-oriġini tal-għasel u t-tikkettar, u kriterji dwar kompożizzjoni.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tissupplimenta r-regoli ġenerali tal-UE msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar it-tikkettar ta’ prodotti tal-ikel.

Informazzjoni essenzjali għall-konsumatur trid tkun inkluża fuq it-tikketti, u, b’mod partikolari, it-tikketti jridu jinkludu l-pajjiż ta’ oriġini tal-għasel u l-ismijiet tal-prodott, kif stipulat fl-Anness I.

Definizzjoni

L-għasel hu s-sustanza naturali ħelwa magħmula min-naħal Apis mellifera min-nektar tal-pjanti, minn tnixxijiet ta’ partijiet ħajjin ta’ pjanti jew l-eskrezzjonijiet ta’ insetti li jerdgħu mill-pjanti fuq pjanti. In-naħal jiġbruh, jittrasformawh billi jikkombinawh ma’ sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jiddepożitawh, jiddeidratizzawh, jaħżnuh u jħalluh f’xehdi tal-għasel sabiex isir u jimmatura.

Kompożizzjoni

Meta jkun kummerċjalizzat bħala għasel jew intużat bħala prodott maħsub għal konsum uman, l-għasel jrid jissodisfa l-kriterji tal-kompożizzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-direttiva.

Peress li d-dakra hi kostitwent naturali (minflok ingredjent) tal-għasel u jipprovdi rabta mal-oriġini botanika tiegħu, hu jista’ jagħti indikazzjonijiet rigward l-oriġini ġeografika tal-għasel. Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1438 tagħti lill-Kummissjoni Ewropea l-poteri biex tadotta atti delegati fir-rispett tal-kriterji biex tiddetermina l-oriġini mill-fjuri, mill-ħxejjex jew ġeografika tal-għasel u biex tassikura li l-għasel ma jkunx ġie imsaħħan b’mod li l-enzimi naturali jkunu ġew meqruda jew diżattivati b’mod sinifikanti u li d-dabra ma tkunx tneħħiet mil-għasel.

Tikketti

L-ismijiet tal-prodott imsemmija fl-Anness I, punti 2 u 3 ser japplikaw biss għal prodotti definiti hemm. Dawk l-ismijiet jistgħu jiġu sostitwiti sempliċiment mill-isem tal-prodott “għasel” (għajr fil-każ ta’ “għasel iffiltrat”1, “għasel tax-xehda”2, “għasel fi blokki jew qatgħat mix-xehda fl-għasel”3 jew “għasel biex jinħadem”4). Madanakollu, fil-każ ta’ għasel tal-furnar, il-kliem “intenzjonat għat-tisjir biss” iridu jidhru fuq it-tikketta.

Informazzjoni dwar l-oriġini reġjonali, territorjali jew topografika, jew dwar l-oriġini minn fjuri jew ħxejjex, jew inkella dwar kriterji speċifiċi ta’ kwalità jistgħu jissupplimentaw dan it-tikkettar (għajr għall-’għasel iffiltrat’ u l-’għasel biex jinħadem’).

Fejn l-għasel joriġina f’aktar minn Stat Membru wieħed tal-UE, jew pajjiż mhux tal-UE, l-indikatur tal-pajjiż ta’ oriġini tista’ tkun sostitwita b’waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin, kif ikun hemm bżonn:

  • “taħlita ta” għasel tal-UE’;
  • “taħlita ta” għasel mhux tal-UE’;
  • “taħlita ta” għasel tal-UE u mhux tal-UE’.

Mill-, ir-regoli li ddaħħlu bid-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1438 ser japplikaw. Il-pajjiż jew pajjiżi ta’ oriġini ser ikollhom bżonn ikunu indikati f’ordni dixxendenti fuq it-tikketta, u l-persentaġġ ta’ kull oriġini fil-każ ta’ taħlitiet ser ikollhom jkunu pprovduti, b’tolleranza ta’ 5 % għal kull parti individwali fi ħdan it-taħlita, ikkalkulata abbażi tad-dokumentazzjoni tat-traċċabilità tal-operatur.

Fil-każ ta’ taħlitiet ta’ għasliet b’aktar minn erba’ pajjiżi ta’ oriġini, l-Istati Membri jistgħu joffru l-possibbilità li jindikaw dan fit-termini tal-persentaġġ biss għal l-ikbar erba’ partijiet, diment li dawn flimkien jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total. Il-pajjiżi l-oħra tal-oriġini jridu jkunu indikati f’ordni dixxendenti.

Għal pakketti li jkollhom kwantitajiet netti ta’ għasel ta’ taħt it-30 gramma, l-ismijiet tal-pajjiżi ta’ oriġini jistgħu jkun sostitwiti b’kodiċi ISO ta’ żewġ ittri (alpha-2).

Biex tappoġġja l-Kummissjoni bl-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, pjattaforma ser tkun stabbilita biex:

  • tiġbor data għal metodi biex ittejjeb l-kontrolli ta’ awtentiċità tal-għasel;
  • tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal sistema ta’ traċċabilità tal-UE li tassikura d-disponibbiltà tal-aċċess għall-informazzjoni dwar l-oriġini tal-għasel;
  • tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-aġġornament possibbli dwar il-kriterji tal-kompożizzjoni għal għasel imsemmi fid-direttiva; u
  • tipprovdi rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li tistabbilixxi laboratorju ta’ referenza tal-UE.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

  • Id-Direttiva 2001/110/KE kellha tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-. Ir-regoli ilhom japplikaw mill-.
  • Id-Direttiva Emendatorja 2024/1438/UE trid tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-. Ir-regoli li hemm fid-direttiva għandhom japplikaw mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Għasel iffiltrat. L-għasel miksub bit-tneħħija ta’ materjal barrani inorganiku jew organiku b’tali mod li jwassal għat-tneħħija sinifikanti ta’ dabra.
  2. Għasel tax-xehda. Għasel maħżun minn naħal fiċ-ċelluli, xehdiet jew folji rqaq ta’ qiegħ ix-xehda magħmulin biss mix-xama’ tan-naħal u mibjugħin f’xehdiet sħaħ issiġġillati jew partijiet ta’ dawn ix-xehdiet.
  3. Għasel fi blokki jew qatgħat minn xedd fl-għasel. Għasel li għandu biċċa jew iktar minn biċċa ta’ għasel tax-xehda.
  4. Għasel biex jinħadem. Il-kliem “maħsuba għat-tisjir biss” jridu jidhru fuq it-tikketta kemm jista’ jkun qrib tal-isem tal-prodott.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal- li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, , pp. 47–52).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/110/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva (UE) 2024/1438 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel, 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, 2001/113/KE li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, u 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (ĠU L, 2024/1438, ).

l-aħħar aġġornament .

Top