This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Komunikazzjoni (COM(2000) 191 final) dwar assistenza u osservazzjoni tal-UE f’elezzjonijiet
Il-komunikazzjoni tfittex li tgħin tiddefinixxi linja ta’ politika koerenti dwar l-għajnuna tal-UE f’elezzjonijiet1u f’osservazzjoni ta’ elezzjonijiet2 permezz ta’ approċċ strateġiku u metodoloġiku, fil-kunsiderazzjoni ta’ lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi preċedenti.
L-Artikolu 2 tat-TUE jistabbilixxi l-valuri tal-UE ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.
Id-dritt ta’ kull persuna li tieħu sehem fil-gvernar tal-pajjiż tagħhom huwa stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR). Fil-każ ta’ elezzjonijiet, il-governanza tajba teħtieġ sett ta’ regoli leġiżlattivi u regolatorji. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-istat tad-dritt, hemm bżonn ukoll ta’ amministrazzjoni ta’ elezzjoni trasparenti u responsabbli, b’mod partikolari superviżjoni u monitoraġġ indipendenti. Huwa essenzjali wkoll li ċ-ċittadini jiġu infurmati u jipparteċipaw matul il-proċess elettorali. Il-kriterji stabbiliti fil-UDHR għall-validazzjoni tal-elezzjonijiet osservati huma aċċettati fuq livell internazzjonali. L-elezzjonijiet għandhom ikunu ħielsa, ġusti, ġenwini, miżmuma perjodikament u b’vot sigriet.
L-appoġġ tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huwa stabbilit fit-trattati tal-UE. L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara b’mod ċar li l-UE hija bbażata fuq prinċipji bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, li huma valuri fundamentali kondivżi mill-pajjiżi kollha tal-UE. Missjonijiet f’elezzjonijiet huma aċċettati bħala parti mill-mandat ta-UE.
Il-komunikazzjoni tirrevedi t-tagħlimiet miksuba mill-missjonijiet ta’ assistenza u osservazzjoni tal-UE bejn l-1993 u l-2000:
Il-komunikazzjoni tisħaq li l-UE teħtieġ li tadotta strateġija ta’ assistenza u ta’ osservazzjoni fl-elezzjonijiet li:
Id-deċiżjoni li titnieda missjoni tal-UE ta’ osservazzjoni fl-elezzjonijiet għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-missjoni li tagħmilha bħala waħda rakkomandabbli, vijabbli u utli. Il-Kunsill fassal kriterji f’dan ir-rigward, li huma stabbiliti fl-Anness III għall-komunikazzjoni. Dan l-anness jelenka wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-osservaturi jkunu jistgħu jwettqu x-xogħol tagħhom.
Il-kriterji li ġejjin jistgħu jipprovdu bażi biex ikun deċiż jekk tkunx provduta assistenza fl-elezzjonijiet:
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), dan tal-aħħar huwa involut b’mod attiv f’missjonijiet ta’ osservazzjoni f’elezzjonijiet, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni (Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija, kolokalizzati mas-SEAE).
Fir-rigward tal-finanzjament tal-missjonijiet, qegħdin jiġu studjati diversi modi biex jitħaffu u jiġu ssimplifikati d-deċiżjonijiet biex jiġu allokati fondi u biex tiġi implimentata n-nefqa.
Il-komunikazzjoni tikkunsidra li l-kriterji miftiehma għall-għażla (Anness IV) u l-kodiċi ta’ kondotta għall-osservaturi tal-UE (Anness III) jipprovdu bażi tajba għar-reklutaġġ tal-osservaturi.
Sabiex l-għajnuna fl-elezzjonijiet u fil-missjonijiet ta’ osservazzjoni jkunu ta’ suċċess, il-komunikazzjoni tirrakkomanda li l-aspetti li ġejjin jiġu meħuda f’kunsiderazzjoni:
Sabiex jiġi evalwat ir-riżultat ta’ elezzjoni, il-komunikazzjoni tirrakkomanda l-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III.
Biex tittejjeb il-viżibilità tal-attivitajiet tal-UE fl-elezzjonijiet, il-komunikazzjoni tipproponi:
Għal aktar informazzjoni, ara:
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 2 (ĠU C 202, , p. 17)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar assistenza u osservazzjoni tal-UE f’elezzjonijiet (COM(2000) 191 final, )
l-aħħar aġġornament