Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-Regolament (UE) Nru. 1060/2009 jfittex jirregola l-attività ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biex jipproteġi l-investituri u swieq finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) minn riskju ta’ malprassi.
L-għan tiegħu huwa li tiġi ggarantita l-indipendenza u l-integrità tal-proċess tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li jttejjeb il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet maħruġa.
Huwa jistipula kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż il-partijiet interessati u l-membri tagħhom, biex jippromwovu:
l-indipendenza tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;
l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess; u
protezzjoni aħjar tal-konsumaturi u l-investituri.
Ir-regolament għandu wkoll regoli komuni li jistipulaw l-obbligi għal emittenti u partijiet terzi relatati stabbiliti fl-UE fir-rigward ta’ titolizzazzjoni1 strumenti.
PUNTI EWLENIN
Reġistrazzjoni, regoli ta’ kondotta u superviżjoni
Biex tkun irreġistrat fl-UE, aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom:
jevitaw il-kunflitti ta’ interess: pereżempju, l-analisti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhomx jikklassifikaw entità li fiha huma għandhom parteċipazzjoni;
jiżguraw il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodi tal-klassifikazzjonijiet tagħhom;
jiżguraw livell għoli ta’ trasparenza: pereżempju, billi jippubblikaw rapport annwali dwar it-trasparenza.
Minn Lulju 2011, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hija responsabbli biex tirreġistra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għandha setgħat superviżorji esklussivi fir-rigward ta’ dawn l-aġenziji.
Dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu
Id-Direttiva 2013/14/UE emendat ir-regolament li jeħtieġ ;-istituzzjonijiet finanzjarji u l-investituri jwettqu l-valutazzjoni tagħhom stess tar-riskji tal-kreditu u m’għandhomx jiddependu esklussivament jew awtomatikament fuq klassifikazzjonijiet esterni biex jivvalutaw l-affidabilità kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju.
Klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran tal-Istati Membri tal-UE
Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jridu jissettjaw skeda ta’ dati li fihom huma ser jikklassifikaw l-Istati Membri, Stati Membri ser ikunu kklassifikati tal-inqas kull 6 xhur.
Biex jiġi evitat it-tfixkil fis-suq, il-klassifikazzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikati biss ladarba jagħlqu l-boroż tal-UE, u mill-inqas siegħa qabel jerġgħu jinfetħu.
Investituri u l-Istati Membri jridu jkunu infurmati dwar il-fatti u assunzjonijiet ta’ kull klassifikazzjoni.
Ir-responsabbiltà tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tinżamm responsabbli jekk tikser ir-regolament, kemm intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, u b’hekk tikkawża ħsara lil investitur jew lil emittent.
Indipendenza u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess
Regola ta’ rotazzjoni teħtieġ li l-emittenti ta’ strumenti titolizzati jibdlu l-aġenzija kull erba’ snin.
Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jridu jikxfu sitwazzjonijiet fejn azzjonist ikollu 5% jew aktar mill-kapital jew drittijiet tal-vot u 5% jew aktar f’organizzazzjoni kklassifikata minn dik l-aġenzija. Jekk dawn iż-żewġ parteċipazzjonijiet jilħqu jew jaqbżu l-10%, l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkollhiex id-dritt tiggrada lill-entità.
Hija pprojbita ż-żamma ta’ 5% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ aktar minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu waħda, sakemm dawn l-aġenziji ma jkunux jappartjenu għall-istess grupp.
Punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Regolsment li jemenda (UE) 2023/2869 jinkorpora fir-Regolament (KE) Nru. 1060/2009 artikolu ġdid rigward l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni dwar punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP), stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2023/2859 — ara s-sommarju. ESAP ser tipprovdi aċċess għal informazzjoni pubblika finanzjarja u relatata ma’ sostenibbiltà dwar kumpaniji tal-UE u prodotti tal-investiment tal-UE. Mill-, meta ssir pubblika ċerta informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru. 1060/2009 b’mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-klassifikazzjoni u l-metodolġiji, mudelli u assunzjonijiet ewlenin użati fl-attivitajiet ta’ kreditu, l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ser ikollhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti għall-iskop li ssir aċċessibbli fuq ESAP. Ir-regolament li jemenda jistipula wkoll l-kundizzjonijiet (fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni) li magħhom dik l-informazzjoni trid tkun konformi.
Dan ilu japplika mis- bl-eċċezzjoni ta’ regoli fuq:
referenzi lil klassifikazzjoni tal-kreditu f’prospetti (Artikolu 4(1), li ilhom japplikaw mis-; u
aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti f’pajjiżi mhux tal-UE (Artikolu 4(3)(f), (g) u (h), li ilhom japplikaw mis-.
SFOND
Ir-regolament tal-UE dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jagħmel parti mill-inizjattivi mwettqa mill-UE b’rispons għall-impenji magħmula fis-Summit ta’ Washington G20 f’Novembru 2008.
Titolizzazzjoni. Tranżazzjonijiet li jippermettu lil sellief jew oriġinatur ieħor ta’ assi — pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu — li jirrifinanzja sett ta’ selfiet jew assi (pereżempju mutwi ipotekarji, lokazzjonijiet ta’ karozzi, selfiet għal konsumatur, flus elettroniċi) billi jikkonvertuhom f’titoli trasferibbli. Is-sellief jew oriġinatur jorganizza portafoll tas-selfiet tiegħu f’kategoriji differenti ta’ risku, strutturati skont ir-rekwiżiti tar-riskju versus pagament tal-bonus ta’ investituri. Ir-redditi lill-investituri huma ġġenerati mill-fluss tal-flus fuq is-self sottostanti.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, , pp. 1–31).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, ).
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar għodod alternattivi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kompetizzjoni u l-governanza tal-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-istat tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji strutturati u l-fattibilità ta’ Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2016) 664 final, ).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1 tat- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi imposti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 2, , pp. 1–23).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 tat- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 2, , pp. 24–56).
Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-fattibilità ta’ network ta’ aġenziji iżgħar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (COM(2014) 248 final, ).
Id-Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 145, , pp. 1–3).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 90, , pp. 6–10).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji lta’ klassifikazzjoni tal-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ĠU L 140, , pp. 14–16).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, , pp. 32–52).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat- li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 282, , pp. 23–26).