This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament (KE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). Dan il-fond għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni u jtejjeb l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-politika komuni tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.
L-AMIF tal-UE għandu erba’ objettivi ewlenin:
L-Istati Membri kollha (minbarra d-Danimarka, li ma hijiex qiegħda tipparteċipa f’dan il-fond) jippreparaw programmi nazzjonali li jiddeskrivu l-inizjattivi li permezz tagħhom huma għandhom l-intenzjoni li jiksbu l-għanijiet stabbiliti fir-regolament dwar l-AMIF.
L-eżempji tal-inizjattivi jinkludu miżuri għall-appoġġ ta’:
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-fond huwa allokat għall-programmi nazzjonali, parti minnu tintuża għal inizjattivi fuq livell tal-UE, assistenza ta’ emerġenza, in-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni u assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.
Minbarra l-allokazzjoni għall-programm nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirċievu ammont addizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi speċifiċi. Dawn l-inizjattivi (elenkati fl-Anness II), jeħtieġu li l-Istati Membri jikkooperaw flimkien u jiġġeneraw valur miżjud sinifikanti għall-UE.
Kull Stat Membru jista’ jirċievi wkoll, kull sentejn, ammont addizzjonali bbażat fuq somma f’daqqa ta’ EUR 6 000 għal kull persuna risistemata. Din is-somma tiżdied għal EUR 10 000 għal prijoritajiet komuni (bħal programmi ta’ protezzjoni reġjonali) u gruppi ta’ persuni vulnerabbli.
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-fond għall-2014–2020 inizjalment kien stabbilit għal EUR 3 137 biljun, li mbagħad żdied aktar mid-doppju, prinċipalment minħabba l-kriżi tal-migrazzjoni fl-2015/2016. Dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-fond jistgħu jinstabu fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 (ara s-sommarju).
L-invażjoni mhux ipprovokata tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar 2022 wasslet għal influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna lejn diversi Stati Membri, u poġġiet pressjoni mġedda fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri biex jittrattaw il-migrazzjoni urġenti, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ħtiġijiet tas-sigurtà. Ir-Regolament emendatorju (UE) 2022/585 joffri flessibbiltà billi jippermetti l-użu eċċezzjonali ta’ ammonti mhux minfuqa allokati lill-Istati Membri mill-AMIF tal-2014–2020 biex jgħinuhom jindirizzaw ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti fir-rigward tal-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni. Barra minn hekk, dan jestendi wkoll il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014–2020 b’sena.
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1928 tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585.
Ir-Regolament (UE) 2021/1147 stabbilixxa AMIF ġdid għall-perjodu 2021–2027 (ara s-sommarju).
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/507 tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147.
Dan ilu japplika mill-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, , pp. 168-1194).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 516/2014 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur biss dokumentarju.
l-aħħar aġġornament