Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sistema ferrovjarja tal-UE interoperabbli

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex tinkiseb l-interoperabbiltà1 fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (UE) u tiddefinixxi s-subsistemi, it-tnejn strutturali2 u funzjonali3, li jagħmlu dik is-sistema.
  • Din għandha l-għan li tiffaċilita, ittejjeb u tiżviluppa s-servizzi tat-trasport ferrovjarju fl-UE kollha u fil-pajjiżi mhux tal-UE, u b’hekk tikkontribwixxi għall-konklużjoni taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u għat-tranżizzjoni għal tipi aktar effiċjenti ta’ trasport.
  • Id-Direttiva hija waħda minn tliet atti leġiżlattivi li jkopru l-aspetti tekniċi tar-raba’ pakkett ferrovjarju, li għandha l-għan li tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju u toffri servizz ta’ kwalità aħjar u aktar għażla lill-passiġġieri. Din tiffunzjona flimkien ma’ Regolament (UE) 2016/796 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ara sommarju) u Direttiva (UE) 2016/798 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ara sommarju).

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Id-direttiva tapplika għas-sistemi tal-ferrovija fl-Istati Membri tal-UE, inklużi
    • il-vetturi u l-infrastruttura;
    • l-enerġija;
    • is-sistemi tas-sinjalar u t-telematika4 (eż. sistemi tal-biljetti) għall-merkanzija u l-passiġġieri;
    • l-aċċessibbiltà għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa;
    • kwistjonijiet ta’ storbju.
  • Dan ma japplikax għal:
    • metros;
    • trammijiet, vetturi ħfief ferrovjarji jew infrastruttura li tintuża esklużivament minn dawn il-vetturi;
    • networks li huma funzjonament separati mis-sistema ferrovjarja tal-UE u li huma maħsuba li joperaw biss servizzi lokali, urbani jew suburbani, jew kumpaniji li joperaw biss fuq dawn in-networks.

Rekwiżiti armonizzati

Id-direttiva tistipula kundizzjonijiet relatati ma’:

  • id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-servizz, l-immodernizzar, it-tiġdid, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-partijiet tas-sistema; kif ukoll
  • il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha.

Dawn il-kundizzjonijiet jieħdu l-forma ta’ rekwiżiti armonizzati li jkopru:

  • rekwiżiti essenzjali fir-rigward ta’:
    • sikurezza (eż. komponenti bħall-brejkijiet),
    • affidabbiltà u disponibbiltà (eż. il-monitoraġġ u l-manutenzjoni ta’ komponenti essenzjali),
    • is-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent,
    • kompatibbiltà teknika u operazzjoni tas-sistema,
    • l-aċċessibilità;
  • speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà għal kull subsistema jew parti ta’ subsistema;
  • standards relatati u dokumenti oħrajn tal-UE li jippermettu lill-korpi involuti jagħtu prova tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà.

Il-konformità

Id-direttiva tistipula l-proċeduri relatati ma’ komponenti interoperabbli u sistemi li jkopru:

  • il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq;
  • il-konformità jew l-idoneità għall-użu;
  • proċeduri f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali.

Aspetti tekniċi speċifiċi

Il-Kummissjoni Ewropea adottat serje ta’ regolamenti li jissuplimentaw id-Direttiva (UE) 2016/797 fir-rigward tal-aspetti tekniċi.

  • Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà, kif emedat mir-Regolament (UE) 2019/772, li jikkonċerna inventorju ta’ assi bil-għan li jidentifika ostakli għall-aċċessibbiltà, jipprovdi informazzjoni lill-utenti u jimmonitorja u jevalwa l-progress fuq l-aċċessibbiltà.
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 dwar is-subsitema tal-operat u tal-ġestjoni tat-traffiku.
  • Regolament (UE) Nru 1304/2014 relatat mas-subsistema “vetturi ferrovjarji — storbju”, kif emendat minn Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/774, li speċifikament japplika għal vaguni tal-merkanzija.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (UE) 2019/775.
  • Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2023/1695 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata ma’ sistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja fl-UE.
  • Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2023/2584 dwar standards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Dawn ilhom japplikaw mil- u kellhom isiru liġi fl-Istati Membri sas-.

L-Istati Membri setgħu japplikaw estenzjoni ta’ sena sas-. Minħabba l-kriżi ta’ COVID-19, id-Direttiva (UE) 2020/700 ħalliet lill-Istati Membri li estendew il-perjodu ta’ traspożizzjoni biex jerġgħu jestenduh sal-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Interoperabbiltà. Il-kapaċità ta’ sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment sigur u bla interruzzjoni ta’ ferroviji li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni.
  2. Subsistemi strutturali. Subsistemi tas-sistema ferrovjarja relatati mal-infrastruttura, l-enerġija, it-trackside u l-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni ta’ abbord, vetturi ferrovjarji u materjali ferrovjarja mobbli.
  3. Subsistemi funzjonali. Subsistemi tas-sistema tal-ferrovija relatati mal-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, manutenzjoni u applikazzjonijiet telematiċi għal passiġġieri u servizzi tal-merkanzija.
  4. It-telematika. L-użu integrat ta’ telekomunikazzjonijiet b’teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulata) (ĠU L 138, , pp. 44–101).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/797 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top