Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Trio

It-trio jirreferi għal grupp ta’ tliet Stati Membri tal-UE li jkunu ġew stabbiliti minn qabel li jkollhom il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minbarra l-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin) għal total ta’ 18-il xahar u li jaħdmu mill-qrib flimkien tul dak il-perjodu. Kull membru tat-trio jippresjedi l-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill għal perjodu ta’ sitt xhur, minbarra l-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin.

Din is-sistema ġiet introdotta wara t-Trattat ta’ Lisbona fl-2009. Kull trio jipprepara l-programm tal-Kunsill ta’ 18-il xahar li jistabbilixxi miri fit-tul u jiżviluppa aġenda konġunta li tidentifika s-suġġetti u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Kunsill fuq perjodu ta’ 18-il xahar. Dan il-programm jiġi ppreparat b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-President tal-Kunsill Ewropew, u huwa approvat mill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali. Abbażi ta’ dan il-programm u wara li tiġi konsultata l-Kummissjoni, kull wieħed mit-tliet membri tat-trio li ser jippresjedi ser jipprepara abbozz ta’ aġendi għal-laqgħat tal-Kunsill li jkunu skedati għall-perjodu tas-sitt xhur li ġejjin.

ARA WKOLL

Top