This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Meta l-Kunsill jaġixxi mingħajr proposta tal-Kummissjoni jew waħda mir-Rappreżentant Għoli għall-Politika dwar is-Sigurtà u l-Affarijiet Barranin (jiġifieri fl-oqsma tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali), il-maġġoranza kkwalifikata għandha tinkludi mill-inqas żewġ terzi tal-pajjiżi tal-UE.
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona rigward il-votazzjoni b’maġġoranza kkwalifikata daħlu fis-seħħ fl-. Għalhekk, il-maġġoranza kkwalifikata msaħħa tinkludi mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw 65 % tal-popolazzjoni tal-UE.
Din id-dispożizzjoni twassal l-idea li l-Kummissjoni tissalvagwardja l-interess ġenerali. Meta l-Kunsill jieħu deċiżjoni mhux imfassla fuq proposta tal-Kummissjoni, l-interess ġenerali jkun inqas garantit. Għalhekk, jeħtieġ li titlaqqa’ flimkien maġġoranza akbar mis-soltu favur proposta bħal din.