Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Proċess ta’ ratifika

Ir-ratifika hija l-aħħar pass fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ ftehim li permezz tiegħu l-partijiet jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b’dak il-ftehim. Ladarba r-ratifika tkun intemmet, jista’ jiġi konkluż ftehim li jidħol fis-seħħ formalment (nota: ħafna drabi, ftehim jista’ japplika proviżorjament qabel it-tlestija tal-proċedura ta’ ratifika).

Il-proċeduri għar-ratifika ta’ ftehimiet internazzjonali negozjati mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE huma stabbiliti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dawn l-arranġamenti jkopru firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet inkluż:

Hemm ukoll artikoli speċifiċi tat-trattat li jittrattaw ftehimiet ma’ pajjiżi li jixtiequ:

L-Artikolu 47 tat-TUE jagħti lill-UE personalità ġuridika. Dan ifisser li għandha s-setgħa li tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet internazzjonali skont:

  • l-Artikolu 5 tat-TUE (li jiddefinixxi l-limiti tal-kompetenzi tal-UE); u
  • l-Artikoli 2 (id-distribuzzjoni tal-kompetenzi), 3 (il-kompetenzi esklużivi) u 4 (il-kompetenzi kondiviżi) tat-TFUE.

Meta ftehim internazzjonali jkun jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, m’hemmx bżonn li l-pajjiżi tal-UE jirratifikawh. F’dan il-każ, ir-ratifika tiegħu tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel ma l-Kunsill ikun jista’ finalment jikkonkludi l-ftehim.

Meta ftehim ikun jaqa’ taħt kompetenza kondiviża (magħrufa wkoll bħala “konkorrenti”) bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE (l-hekk imsejjaħ ftehim “imħallat”), ikun jeħtieġ li jiġi rratifikat kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-pajjiż tal-UE mill-parlamenti nazzjonali. Ir-ratifika fil-livell nazzjonali tiddependi fuq aspetti bħal jekk il-pajjiżi tal-UE għandhomx

  • kamra tar-rappreżentanti waħda jew tnejn; jew
  • sistema federali, li tista’ tirrikjedi wkoll ftehim fuq livell subnazzjonali — mill-istati (bħal-Länder fil-Ġermanja u l-Awstrija) jew mir-reġjuni (fil-Belġju).

ARA WKOLL

Top