This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tirreferi għal negozji li jieħdu r-responsabilità għall-imġiba tagħhom u għall-impatt tagħha fuq is-soċjetà. Din tista’ tinkludi l-kundizzjonijiet ta’ impjiegi u l-istandards tax-xogħol, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, in-nondiskriminazzjoni u l-bilanċ bejn is-sessi, l-involviment tal-partijiet interessati, id-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni ta’ ħsara ambjentali, u l-eliminazzjoni ta’ tixħim u korruzzjoni.
Is-CSR hija meqjus importanti għall-kompetittività u ntwera li tagħti benefiċċji f’termini tal-ġestjoni tar-riskji, l-iffrankar tal-ispejjeż, l-aċċess għall-kapital, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-kapaċita fl-innovazzjoni.
L-istrateġija tas-CSR tal-Kummissjoni Ewropea għall-2011 tħeġġeġ lill-kumpaniji jistabbilixxu proċeduri sabiex “jintegraw id-drittijiet soċjali, ambjentali u etiċi tal-bniedem, u t-tħassib tal-konsumaturi fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom u fl-istrateġija ewlenija tagħhom f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dawk kollha interessati”.
Minn dakinhar, l-UE wriet l-impenn tagħha għas-CSR, l-aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-iżvilupp sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż billi: