Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Is-Servizz Komunitarju ta’ Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (CORDIS) huwa s-sors primarju ta’ riżultati tal-Kummissjoni Ewropea mill-proġetti ffinanzjati mill-programmi qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, mill-programm qafas 1 sa Orizzont Ewropa. Oriġinarjament inħoloq fl-1990, u huwa ġestit mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE taħt id-direzzjoni taċ-Ċentru ta’ Implimentazzjoni Komuni fid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Iffokat fuq attivitajiet ta’ disseminazzjoni, CORDIS jaqdi lid-Direttorati-Ġenerali varji tal-Kummissjoni, lill-aġenziji eżekuttivi u lill-impriżi konġunti li jimplimentaw il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE.