EUR-Lex Piekļuve Eiropas Savienības tiesību aktiem

Atpakaļ uz EUR-Lex sākumlapu

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62007CA0162

Kawża C-162/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione) — Ampliscientifica Srl, Amplifin SpA vs Ministero dell'Economia e della Finanze, Agenzia della Entrate (Sitt Direttiva tal-VAT — Persuni taxxabbli — It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) — Kumpanniji parent u sussidjarji — Implementazzjoni mill-Istat Membru tas-sistema ta' persuna taxxabbli waħedha — Kundizzjonijiet — Konsegwenzi)

ĠU C 171, 5.7.2008., 8./9. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione) — Ampliscientifica Srl, Amplifin SpA vs Ministero dell'Economia e della Finanze, Agenzia della Entrate

(Kawża C-162/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Persuni taxxabbli - It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) - Kumpanniji parent u sussidjarji - Implementazzjoni mill-Istat Membru tas-sistema ta' persuna taxxabbli waħedha - Kundizzjonijiet - Konsegwenzi)

(2008/C 171/14)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ampliscientifica Srl, Amplifin SpA

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia della Entrate

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — “Persuni li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu mill-qrib ma' xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi” — Kunċett preċiż biżżejjed biex jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw is-sistema tal-VAT prevista? — Kunċett ta' rabta — Dispożizzjoni nazzjonali li tissoġġetta l-eżistenza ta' rabta għal tul ta' żmien minimu sabiex jiġu evitati l-abbużi ta' dritt

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jikkostitwixxi regola li l-applikazzjoni tagħha minn Stat Membru timplika konsultazzjoni minn qabel minn dan ta' l-aħħar mal-Kumitat Konsultattiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuni, b'mod partikolari, lill-kumpanniji stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż u li huma indipendenti legalment, iżda li għandhom x'jaqsmu mill-qrib minħabba rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi, li ma jibqgħux jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u jibdew jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħedha, li jiġi assenjat lilha biss numru individwali ta' identifikazzjoni ta' l-imsemmija taxxa, u għalhekk, hija biss tista' tippreżenta prospett tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tissodisfax dawn il-kriterji, peress li huwa ppreċiżat li, fin-nuqqas ta' konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat Konsultattiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissodisfa dawn il-kriterji tikkostitwixxi traspożizzjoni mwettqa bi ksur tar-rekwiżit proċedurali stabbilit fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388.

2)

Il-prinċipju ta' newtralità fiskali ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita ruħha li tqis b'mod differenti l-persuni taxxabbli li jixtiequ jużaw dispożittiv ta' prospett u ta' ħlas issemplifikati tal-VAT fejn skond dawn l-entità jew il-kumpannija parent iżżomm aktar minn 50 % ta' l-azzjonijiet jew ta' l-ishma tal-persuni suġġetti sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sena kalendarja qabel dan il-prospett, jew, bil-kontra, tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet wara din id-data biss. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxix tali dispożittiv. Barra minn hekk, la l-prinċipju ta' projbizzjoni ta' l-abbuż tad-dritt u lanqas il-prinċipju ta' proporzjonalità ma jipprekludu tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Augša