EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0497

Kawża C-497/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 30 ta’ April 2009 — CAS Succhi di Frutta SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ħlas in natura — Ħlas lill- aġġudikatarji bi frott differenti minn dak speċifikat fl-avviż tas- sejħa għal offerti — Rabta każwali)

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2009 — CAS Succhi di Frutta SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-497/06 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ħlas in natura - Ħlas lill- aġġudikatarji bi frott differenti minn dak speċifikat fl-avviż tas- sejħa għal offerti - Rabta każwali)

2009/C 153/07

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: CAS Succhi di Frutta SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone, u D. Fioretti, avvocati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga, aġent, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Settembru 2006, CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni (T-226/01), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-kumpens tad-danni allegattament ikkawżata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(96)1916, tat-22 ta’ Lulju 1996, u C(96)2208, tas-6 ta’ Settembru 1996, li ġew adottati fil-kuntest tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/96, tas-7 ta’ Frar 1996, dwar il-provvista ta’ meraq tal-frott u ta’ ġamm iddestinati għall-popolazzjonijiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan (ĠU L 30, p. 18)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

CAS Succhi di Frutta SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007


Top