EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0345

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/97 tas-26 ta' Frar 1997 li jemenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 li jiddefinixxi l-kontenut ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u indikazzjonijiet ta’ dan fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel u li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 (4) tiegħu

OJ L 58, 27.2.1997, p. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 020 P. 340 - 341
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 021 P. 3 - 4
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 021 P. 3 - 4

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0889

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/345/oj

31997R0345



Official Journal L 058 , 27/02/1997 P. 0038 - 0039


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/97

tas-26 ta' Frar 1997

li jemenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 li jiddefinixxi l-kontenut ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u indikazzjonijiet ta’ dan fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel u li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 (4) tiegħu

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel ( [1]) kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/96 ( [2]) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 (3) (b), (4), (5a) (b) u (7) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1935/95 ( [3]) jipprovdi, għall-kategoriji stabbiliti f'Artikoli 5 (3) u 5a tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, li l-ingredjenti ta' l-oriġini agrikola ma jkunux prodotti bi qbil mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 jew li ma humiex importati minn pajjiżi terzi permezz ta' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 11, għandhom jiġu inklużi fl-Anness VI, is-Sezzjoni C jew għandhom ikunu awtorizzati proviżorjament minn Stat Membru;

Billi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93( [4]) għandha tkun irriveduta fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u l-iżviluppi li jikkonċernaw mad-disponibbilità fis-suq tal-Komunità ta' ċerti ingredjenti ta' l-oriġini agrikola prodotti b'ingredjenti ta' l-oriġini organika;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 14 ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 hu mibdul bis-segwenti:

"L- Artikolu 3

1. Sakemm l-ingredjenti ta' oriġini agrikola ma jkunux ġew inklużi fis-Sezzjoni C ta' l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, dak l-ingredjent jista' wkoll ikun użat bi qbil mad-deroga li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5 (3) (b) u (5a) (b) ta' dak ir-Regolament bil-kondizzjonijiet segwenti:

(a) li l-operatur ikun innotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru bl-evidenza kollha meħtieġa li turi li l-ingredjent ikkonċernat ikun jissodisfa l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 5(4); u

(b) li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun awtorizzat proviżjonalment, bi qbil mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 5 (4), l-użu għal perjodu massimu ta' tliet xhur wara li tkun ivverifikat li l-operatur ikun għamel il-kuntatti neċessarji mal-fornituri l-oħrajn fil-Komunità sabiex jassigura lilu nnifsu dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' l-ingredjenti kkonċernati bil-ħtiġijiet tal-kwalità meħtieġa; l-Istat Membru jista' jestendi din l-awtorizzazzjoni sa massimu ta' tliet darbiet għal seba' xhur kull darba.

2. Meta l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tkun ġiet mogħtija,l-Istat Membru għandu jgħarraf immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni, bl-informazzjoni segwenti:

(a) id-data ta' l-awtorizzazzjoni;

(b) l-isem u, fejn meħtieġ, id-deskrizzjoni preċiża u l-ħtiġijiet tal-kwalità ta’ l-ingredjent ta' l-oriġini agrikola kkonċernata;

(ċ) il-kwantitajiet li huma meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għal dawk il-kwantitajiet;

(d) ir-raġunijiet għal, u l-perjodu mistenni ta' skarsezza;

(e) id-data li fiha l-Istat Membru għandu jibgħat din in-notifika lejn l-Istati Membri l-oħra u lejn il-Kummissjoni;

(f) id-data aħħarija għal kummenti mill-Istati Membri u/jew mill-Kummissjoni, li għandha tkun mill-inqas 30 ġurnata wara d-data ta' notifika li għaliha hemm referenza dwarha f’(e).

3. Jekk il-kummenti mressqa, fi żmien 30 ġurnata wara d-data tan-notifika, minn kwalunkwe Stat Membru lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, juru li l-fornimenti jkunu disponibbli matul il-perjodu ta' skarzezza, l-Istat Membru għandu jikkonsidra li jirtira l-applikazzjoni jew li jnaqqas il-perjodu maħsub tal-validità u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkun ħa, fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' meta jkun irċieva l-informazzjoni.

4. Fil-każ ta' titwil kif hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 (b), il-proċeduri tal-paragrafi 2 u 3, għandhom ikunu applikabbli.

5. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-materja għandha tkun ippreżentata għall-eżaminazzjoni tal-Kumitat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament. Jista' jkun deċiż, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14, li awtorizzazzjoni mogħtija għandha tkun irtirata jew il-perjodu tal-validità tagħha jkun emendat, jew fejn xieraq, li l-ingredjent ikkonċernat jkun inkluż f'Sezzjoni C ta’ l-Anness VI."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 26 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22. 7. 1991, p. 1.

[2] ĠU L 59, tat-8. 3. 1996, p. 10.

[3] ĠU L 186, tal-5. 8. 1995, p. 1.

[4] ĠU L 25, tat-2. 2. 1993, p. 5.

--------------------------------------------------

Top